European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Annwali

Ir-Rapport Annwali jiddeskrivi l-kompiti u l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u jirrapporta dwar il-politika monetarja tal-Eurosistema. Jiġi ġeneralment ippublikat f'April tas-sena ta’ wara u jiġi ppreżentat minn wieħed mill-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE lill-Parlament Ewropew waqt seduta pubblika.

2021

Ċifri ewlenin

+5.3%

L-ekonomija rpiljat

Wara t-tnaqqis qawwi fl-2020 bħala riżultat tal-pandemija, il-PDG reali taż-żona tal-euro kiber b’5.3% fl-2021 hekk kif is-sitwazzjoni tal-pandemija tjiebet u r-restrizzjonijiet ġew llaxkati gradwalment.

Aktar
2%

Il-BĊE introduċa fil-mira inflazzjoni simetrika ta’ 2%.

Wara li rreveda l-istrateġija tiegħu, il-BĊE fformula mill-ġdid l-għan ta’ stabbiltà tal-prezzijiet tiegħu bħala mira ta’ inflazzjoni simetrika ta’ 2% fuq żmien medju.

Aktar
7.6%

Strateġija ta’ investiment sostenibbli u responsabbli fil-portafolli tal-politika mhux monetarja tal-BĊE

Is-sehem tat-titoli ħodor (ekoloġiċi) fil-portafoll ta’ fondi proprji tal-BĊE rdoppja fl-2021 għal 7.6%. Fil-fond tal-pensjoni tal-persunal tiegħu, il-parametri referenzjarji tal-ekwità u tal-bonds korporattivi ġew issostitwiti bl-ekwivalenti tagħhom b’livell baxx ta’ karbonju, u b’hekk tnaqqset b’mod sinifikanti l-impronta tal-karbonju tal-fond.

Aktar

Preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew

Aqra d-diskors ta’ Luis de Guindos lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew meta ppreżenta r-Rapport Annwali.

Aqra d-diskors

Ir-rapport sħiħ

Ħarsa lura lejn dak li għamel il-BĊE kif ukoll il-valutazzjoni tagħna tal-ekonomija għas-sena li għaddiet.

Aqra d-diskors sħiħ

Kontijiet Annwali

Il-kontijiet annwali juru l-pożizzjoni finanzjarja tagħna u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħna. Huma parti mir-Rapport Annwali tagħna iżda huma ppubblikati qabel, fi Frar. Agħti ħarsa lejn l-istqarrijet tal-aħħar u preċedenti.

Kontijiet Annwali
ARA WKOLL

Skopri iktar dwar kontenut relatat

Obbligi tar-rappurtar

Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li għandha d-diskrezzjoni tuża l-istrumenti tagħha skont il-ħtieġa biex twettaq il-kompiti u tissodisfa l-mandat tagħha. Ir-responsabbiltà hija l-kontroparti meħtieġa għal din l-indipendenza.

Responsabbiltà

Webcasts

Il-President tal-BĊE u membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jidhru regolarment quddiem il-Parlament Ewropew.

Seduti fil-Parlament Ewropew

Il-paġni kollha f’din it-taqsima