Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

It-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tan-natura u l-BĊE

Aħna impenjati bis-sħiħ li nqisu t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tan-natura, fi ħdan il-mandat tagħna.

It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tan-natura joħolqu riskji għall-ekonomija tagħna u għas-settur finanzjarju. Jeħtieġ li nivvalutaw kif dawn ir-riskji u t-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju jaffettwaw l-ekonomija tagħna, sabiex inkunu nistgħu nqisu l-impatt tagħhom fil-ħidma tagħna bħala bank ċentrali u superviżur bankarju. Dan se jgħinna nżommu l-prezzijiet stabbli u l-banek sikuri.

L-għanijiet tagħna

Il-ħidma tagħna dwar it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tan-natura tiffoka fuq tliet objettivi ewlenin. Dawn l-għanijiet jgħinu biex il-politiki tagħna jinżammu effettivi u adatti għall-iskop tagħhom f’dinja li qed tinbidel.

Il-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima

Naħdmu biex nifhmu, nimmonitorjaw u nimmaniġġaw aħjar ir-riskji relatati mal-klima fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u tal-investiment tagħna kif ukoll fis-sistema finanzjarja. Nevalwaw ukoll l-impatt ekonomiku tal-politiki relatati mal-klima u nesploraw ir-relazzjoni bejn il-klima, in-natura u l-ekonomija.

Aktar dwar il-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima
Appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika

Aħna naqdu r-rwol tagħna fi ħdan il-mandat tagħna biex nappoġġaw tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju bl-użu ta’ miżuri. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ finanzi sostenibbli u l-ħolqien ta’ inċentivi għal sistema finanzjarja aktar ekoloġika.

Aktar dwar l-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika
It-trawwim ta’ azzjoni usa’

Aħna ngħinu fit-titjib tal-fehim ġenerali tar-riskji relatati mal-klima u man-natura u nikkollaboraw mill-qrib mas-sħab Ewropej u internazzjonali dwar suġġetti dwar il-klima u l-finanzi sostenibbli. Naħdmu wkoll biex intejbu t-trasparenza tal-attivitajiet tagħna u biex innaqqsu l-impatt ambjentali tagħna stess.

Aktar dwar it-trawwim ta’ azzjoni usa’

L-approċċ tagħna

Diġà qed nieħdu azzjoni fejn possibbli fi ħdan il-mandat tagħna. U kontinwament nadattaw il-ħidma tagħna dwar il-klima u n-natura biex nirriflettu t-titjib kontinwu fid-data u fil-mudelli li nużaw biex nifhmu r-riskji relatati mal-klima u man-natura.

Azzjoni tal-istrateġija dwar il-klima u n-natura li għaddejja bħalissa fil-BĊE

L-istrateġija tagħna dwar il-klima u n-natura

Identifikajna tliet oqsma ta’ prijorità li jiggwidaw il-ħidma tagħna dwar il-klima u n-natura.

Aktar dwar l-istrateġija

Superviżjoni bankarja

Bħala parti mir-rwol superviżorju tagħna, aħna responsabbli li niżguraw li l-banek jimmaniġġaw ir-riskji, inklużi dawk li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u mid-degradazzjoni tan-natura. Huwa għalhekk li nkomplu ninkorporaw il-kunsiderazzjonijiet dwar il-klima u n-natura fis-superviżjoni tagħna.

Aktar dwar il-klima, in-natura u s-superviżjoni bankarja

Ħarsien ambjentali

Qed innaqqsu b’mod attiv l-impronta ambjentali tal-attivitajiet korporattivi tagħna ta’ minn jum għal jum.

Aktar dwar il-ħarsien tal-ambjent

Id-divulgazzjonijiet finanzjarji tagħna relatati mal-klima

Bħala parti mill-impenn tagħna għat-trasparenza u l-objettivi klimatiċi tagħna, aħna niddivulgaw regolarment informazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju u dwar ir-riskji relatati tal-klima tal-investimenti tagħna.

Aktar dwar divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima

Strateġija u koordinazzjoni interna

Ċentru tat-tibdil fil-klima

Stabbilixxejna ċ-ċentru tat-tibdil fil-klima biex ngħinu fit-tfassil u fl-għoti ta’ direzzjoni tal-aġenda tagħna dwar il-klima u n-natura, filwaqt li nlaqqgħu flimkien il-ħidma u l-għarfien espert ta’ oqsma ta’ negozju differenti.

Stqarrija għall-istampa dwar iċ-ċentru tat-tibdil fil-klima

Il-paġni kollha f’din it-taqsima