Għal min hu nieqes mid-dawl
"Disinn tajjeb għal min hu nieqes mid-dawl u għal min ma tantx jara hu disinn tajjeb għal kulħadd." Dan kien il-prinċipju bażi tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU) waqt il-fażi tad-disinn tal-muniti fis-snin disgħin. Dan wassal għall-iżvilupp tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro b'karatteristiċi li jistgħu jiġu mmaniġġjati b'fiduċja minn dawk li huma neqsin mid-dawl. Għal aktar informazzjoni dwar din il-kooperazzjoni, jekk jogħġbok ara EBU.
Il-karti tal-flus
Il-karatteristiċi jinkludu:
- Daqsijiet differenti: iżjed ma jkun għoli l-valur, iżjed tkun kbira l-karta.
- id-denominazzjonijiet ta' wara xulxin għandhom kuluri li jikkontrastaw ħafna. Il-karta tal-flus tal-€5 hi griża u l-karta tal-flus tal-€10 hi ħamra. Il-karta tal-flus ta' l-€20 hi blu, u warajha hemm waħda oranġjo tal-€50 u waħda ħadra tal-€100. Il-karta tal-flus tal-€200 hi kannella fl-isfar, il-karta tal-flus tal-€500 hi vjola.
- Ċifri tal-valur kbar.
- Stampar imqabbeż, li jinħass faċilment.
- Marki li jistgħu jinħassu ħdejn ix-xfar tal-karti tal-flus tal-€200 u tal-€500. M'hemmx marki bħal dawn fuq il-karta tal-flus tal-€100, li għandha l-istess wisa' daqs il-karti ta' valur ogħla.
Il-muniti
Il-karatteristiċi jinkludu:
- Qisien, forom, kuluri, u xfar differenti.
- Piżijiet differenti – iżjed ma jkun għoli l-valur, iżjed tkun tqila l-munita (minbarra l-munita ta' l-€1).
- Ħxuna differenti – iżjed ma jkun għoli l-valur, iżjed tkun ħoxna l-munita (minbarra l-muniti taż-€2 u ta' l-€1).
- Valuri li jidhru sew fuq in-naħa Ewropea tal-muniti.
Xfar differenti
![]() |
Il-muniti taż-€2 għandhom ittri u ċifri mnaqqxa fuq xifer ta' singi rqaq. |
![]() |
Il-muniti ta' l-€1 għandhom tliet sezzjonijiet ta' singi rqaq u tlieta lixxi tul ix-xifer. |
![]() ![]() |
Il-muniti tal-50 u tal-10 ċenteżmi għandhom pizzi tul ix-xifer. |
![]() |
Il-muniti tal-20 ċenteżmu huma lixxi u għandhom seba' ponot maqtugħin tul ix-xifer ("forma ta' fjura Spanjola"). |
![]() ![]() |
Il-muniti tal-5 ċenteżmi u taċ-ċenteżmu għandhom xifer lixx. |
![]() |
Il-muniti taż-2 ċenteżmi huma lixxi u għandhom linja mnaqqxa tul ix-xifer. |