European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Is-sensiela tal-muniti tal-euro fiha tmien denominazzjonijiet differenti: 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu, 50 ċenteżmu, €1 u €2. Il-muniti tal-euro għandhom naħa komuni u naħa nazzjonali. In-naħa nazzjonali tindika l-pajjiż li jkun ħareġ il-munita. In-naħat komuni tal-muniti ġew iddisinjati minn Luc Luycx taz-Zekka Rjali Belġjana.

Juru xbihat tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ewropa u huma simbolu tal-għaqda tal-UE. Il-muniti ta’ 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u ta’ 5 ċenteżmi juru xbieha tal-Ewropa fuq globu, flimkien ma’ parti mill-Afrika u l-Asja.

Tista’ tuża l-muniti tal-euro fejn trid fiż-żona tal-euro.

Muniti kommemorattivi ta’ €2

Kull pajjiż jista’ joħroġ żewġ muniti kommemorattivi fis-sena. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi u kwalitajiet u l-istess naħa komuni bħall-muniti normali ta’ €2. Id-differenza tinsab fid-disinn kommemorattiv fuq in-naħa nazzjonali. Id-denominazzjoni ta’ €2 biss tista’ tintuża għall-muniti kommemorattivi.

Il-muniti huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Dan ifisser li jistgħu jintużaw, u għandhom jiġu aċċettati, bħal kull munita oħra tal-euro.

Muniti kommemorattivi ta’ €2

Responsabbiltà għall-muniti

Filwaqt li l-BĊE huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li l-pajjiż taż-żona tal-euro jistgħu joħorġu, il-muniti jibqgħu ta’ kompetenza nazzjonali. Jekk pajjiż taż-żona tal-euro jkun biħsiebu joħroġ munita b’disinn ġdid, pereżempju munita kommemorattiva, irid jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni mbagħad tippubblika t-tagħrif rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (sensiela C) b’diversi lingwi. Dan huwa s-sors awtorevoli li minnu l-BĊE jieħu l-aġġornamenti dwar il-muniti tal-euro għall-websajt tiegħu.

Mistoqsijiet dwar il-muniti tal-euro għandhom jintbagħtu lil: Il-Kummissjoni Ewropea.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima