Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-protezzjoni ambjentali fil-Bank Ċentrali Ewropew

Fil-BĊE, aħna wkoll għandna rwol x’niżvolġu biex nipproteġu l-ambjent u niġġieldu t-tibdil fil-klima.

It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jirrappreżentaw riskji sinifikanti għall-ekonomija u s-settur finanzjarju. Il-BĊE għalhekk irid jeżamina u jimmitiga l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tiegħu stess. Billi nnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħna u nippromwovu prattiki sostenibbli, nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna u nappoġġaw ukoll miri ambjentali aktar wiesgħin.

Aqra l-aħħar stqarrija ambjentali tagħna.

Kif tejjibna l-prestazzjoni ambjentali tagħna fl-2025

Introduzzjoni tas-servizz tagħna ta’ kondiviżjoni ta’ roti għall-persunal, wara l-proġett pilota li rnexxa

Inawgurazzjoni ta’ mogħdija tan-natura u ambjent ta’ duna tar-ramel fl-art madwar il-binja prinċipali tagħna

Interess fil-kors tagħna ta’ tagħlim elettroniku dwar it-tibdil fil-klima – segwit minn aktar minn 3,000 impjegat sa mill-2022

Logħba ta’ separazzjoni tal-iskart inkluża fil-komunikazzjonijiet ma’ impjegati ġodda

Aġġornament tad-dashboard tal-enerġija tagħna u integrazzjoni ta’ għodda għat-tbassir

Bidu tal-proġett tagħna Postijiet tax-Xogħol Dinamiċi u t-trasferiment tas-superviżuri tagħna lejn il-binja Gallileo l-Ġdida

Daqqa t'għajn lejn l-impronta tal-karbonju operazzjonali

Ir-rwol tagħna fil-ħarsien tal-ambjent

Kif qegħdin inrawmu l-protezzjoni tal-ambjent?

Il-politika ambjentali tagħna torbotna li nnaqqsu l-impronta tal-karbonju operazzjonali tagħna u li ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna. Il-progress huwa mmexxi mis-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali tagħna, li hija ċċertifikata taħt ISO 14001 u rreġistrata mal-EMAS. L-objettiv tagħna ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 jiddependi fuq metodoloġiji bbażati fuq ix-xjenza.

X’inhu l-fokus ambjentali tagħna għall-2025/27?

Il-protezzjoni ambjentali fil-BĊE qed tidħol f’ċiklu ġdid. L-azzjonijiet tagħna biex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna stess se jkunu ggwidati mill-Programm ta’ Ġestjoni Ambjentali ġdid tagħna għall-2025-27. Hekk kif jibni fuq l-esperjenza preċedenti, il-programm jimmira li jkompli jnaqqas l-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni tagħna billi jiffoka fuq sitt oqsma ewlenin ippreżentati hawn isfel.

Sitt oqsma ewlenin għall-azzjonijiet ambjentali tagħna fl-2025-27

Inkomplu l-ħidma tagħna biex nilħqu l-objettiv ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi

Nesploraw modi kif intejbu l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet tagħna

Inħaddnu kultura ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ fl-organizzazzjoni tagħna

Inkomplu nadattaw l-art madwar il-binja prinċipali tagħna biex nipprovdu santwarju għall-bijodiversità

Innaqqsu l-emissjonijiet relatati mal-ivvjaġġar permezz ta’ rieżami sistematiku tal-politika

Nippromwovu mġieba li hija ambjentalment sostenibbli fost il-persunal tagħna

ARA WKOLL

PROTEZZJONI AMBJENTALI FIL-BĊE U F’ISTITUZZJONIJIET OĦRAJN TAL-UE

Karatteristiċi tal-binja prinċipali tagħna li jiffrankaw l-enerġija

Sir af kif nirriċiklaw l-enerġija, is-sħana u l-ilma tax-xita biex nagħmlu l-iskyscraper tagħna kemm jista’ jkun ekoloġiku.

Sir af aktar dwar kif nirriċiklaw l-enerġija

Kollaborazzjoni interistituzzjonali

Tgħallem aktar dwar kif il-BĊE u istituzzjonijiet Ewropej oħrajn irreġistrati mal-EMAS jaħdmu flimkien biex innaqqsu l-impronti ekoloġiċi tagħna.

Aktar dwar il-kollaborazzjoni interistituzzjonali

Il-paġni kollha f’din it-taqsima