Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Karti tal-flus futuri

Wara 20 sena, wasal iż-żmien li nirrevedu d-dehra tal-karti tal-flus tagħna biex nagħmluhom aktar relatabbli għall-Ewropej ta’ kull età u sfond.

Christine Lagarde, President tal-BĊE

L-ewwel karti tal-flus tal-euro ddaħħlu fl-1 ta’ Jannar 2002. Issa, aktar minn 20 sena wara, qegħdin nippreparaw għal serje ġdida ta’ karti tal-flus. Kemm il-pubbliku kif ukoll l-esperti qegħdin jipparteċipaw fil-proċess b’mod attiv. Id-deċiżjoni finali dwar it-tema u d-disinni se tittieħed mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, bid-data tat-tnedija tas-serje l-ġdida tiġi deċiża f’fażi aktar tard.  

Konkors tad-disinn tal-karti tal-flus tal-euro futuri

Nedejna konkors tad-disinn tal-karti tal-flus tal-euro futuri, miftuħ għad-disinjaturi grafiċi kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea. Il-fażi tal-applikazzjoni għaddiet u d-disinjaturi ġew mistiedna jidħlu fil-fażi tad-disinn. Il-parteċipanti magħżula għandhom sal-aħħar ta’ April 2026 biex jissottomettu l-proposti ta’ disinn tagħhom.

Dati ewlenin u informazzjoni addizzjonali

Il-proċess ta’ disinn mill-ġdid

F’Diċembru 2021, ħabbarna l-pjanijiet tagħna li niddisinjaw mill-ġdid il-karti tal-flus tal-euro tagħna. Agħti ħarsa lejn il-passi differenti fil-proċess u skopri kif tista’ tikkontribwixxi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali.

Sir af aktar

Għaliex għandna bżonn karti tal-flus ġodda?

Qegħdin niżviluppaw karti tal-flus ġodda biex niżguraw li jibqgħu kemm jista’ jkun sikuri, effiċjenti u sostenibbli.

L-istrateġija tal-flus kontanti tal-Eurosistema

Nisimgħu lill-pubbliku

Fis-sajf tal-2023, għamilna żewġ stħarriġiet dwar il-preferenzi tal-pubbliku fir-rigward tas-seba’ temi proposti mill-Kunsill Governattiv.

Agħti ħarsa lejn ir-rapport

Il-Podcast tal-BĊE

Il-karti tal-flus tal-euro futuri, spakkjati

Kont taf li l-karti tal-flus tal-euro qed jingħataw dehra ġdida?  Kif se jidhru l-karti tal-flus tal-euro futuri, għaliex għandna bżonnhom, u meta nistgħu nibdew nużawhom? L-ospitanta tagħna, Stefania Secola, tagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-espert tal-komunikazzjonijiet tal-karti tal-flus Sarai Artiles.

Isma’ dan l-episodju tal-podcast

Il-paġni kollha f’din it-taqsima