Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Proposti għad-disinn tal-karti tal-flus tal-euro futuri

Il-karti tal-flus tal-euro tagħna qegħdin jingħataw dehra ġdida! Disinjaturi minn madwar l-Ewropa kollha immaġinaw mill-ġdid kif jistgħu jidhru, u waħda mill-proposti tagħhom se ssir id-disinn li jmiss tal-karti tal-flus tal-euro.

Tixtieq tagħti l-opinjoni tiegħek dwar liema disinji huma l-favoriti tiegħek?

Aqsam l-opinjoni tiegħek fl-istħarriġ tagħna!

Ibbrawżja fid-disinji magħżula hawn taħt

Filwaqt li l-BĊE pprovda linji gwida għall-ħolqien tad-disinji, il-proposti li rriżultaw huma bbażati għalkollox fuq l-interpretazzjoni kreattiva tal-artist. Il-BĊE ma jerfa’ l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe element li jista’ jiġi inkluż jew li jista’ ma jiġix inkluż fil-proposti tad-disinn magħżula, jew li xi wieħed mill-elementi murija jidher bil-mod imwassal fuq il-karti tal-flus finali.

Termini tal-użu

Dawn l-immaġnijiet juru proposti għal serje tal-karti tal-flus tal-euro futuri possibbli. Jistgħu jintużaw biss għal għanijiet ta’ informazzjoni, għal għanijiet editorjali u għal rapportar tal-aħbarijiet. Użu għal għanijiet kummerċjali, għal għanijiet promozzjonali jew għal għanijiet ta’ bejgħ, alterazzjoni, preżentazzjoni qarrieqa, jew kwalunkwe użu li jissuġġerixxi l-approvazzjoni tal-BĊE jew tal-Eurosistema mhuwiex permess mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-BĊE. L-immaġni trid tiġi identifikata bħala proposta ta’ disinn u l-BĊE jrid jiġi rikonoxxut bħala s-sors.

Sir af aktar dwar kontenut relatat

Ara wkoll

Ħarsa ġenerali tal-proposti kollha tad-disinn

Ħarsa ġenerali tal-proposti kollha tad-disinn