Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-proġett pilota tal-euro diġitali

Interess qawwi fis-suq juri r-rieda tas-settur privat li jgħin biex javvanza l-euro diġitali u jsaħħaħ il-pagamenti Ewropej.

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, Piero Cipollone

Il-BĊE jimmira li jkun lest għall-ewwel ħruġ potenzjali tal-euro diġitali matul l-2029, jekk nassumu li r-Regolament dwar l-euro diġitali jiġi adottat matul l-2026. Biex nagħmlu t-tħejjijiet tekniċi u operazzjonali u nwittu t-triq għal tnedija bla xkiel u sigura, qed nistennew li nwettqu proġett pilota ta' 12‑il xahar, liema perjodu se jibda fit-tieni nofs tal-2027.

Il-BĊE se jiddeċiedi biss fuq jekk joħroġx euro diġitali ladarba r-Regolament ikun ġie adottat, u x-xogħol preparatorju tal-Eurosistema se jibqa’ flessibbli biex jiġi żgurat li jibqa’ allinjat mal-proċess leġiżlattiv.

X’għandek tkun taf

X’inhu l-għan tal-proġett pilota tal-euro diġitali?

Fil-pilota se nivvalutaw verżjoni beta tal-euro diġitali biex nivvalidaw l-infrastruttura f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali, bħal biex isiru pagamenti f’ħanut jew minn persuna għal oħra. Se niċċekkjaw li s-sistema hija waħda robusta, faċli għall-utent u skalabbli. Ir-riżultati se jappoġġaw ix-xogħol preparatorju li għaddej għall-ħruġ potenzjali ta’ euro diġitali.

Meta se jseħħ?

Il-proġett pilota huwa ppjanat li jibda fit-tieni nofs tal-2027 u se jibqa’ għaddej għal 12-il xahar.

Min se jipparteċipa?

Il-parteċipanti se jinkludu fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs) magħżula liċenzjati fiż-żona tal-euro u negozjanti magħżula, kif ukoll persunal tal-Eurosistema, li se jittestjaw l-euro diġitali beta f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum, pereżempju billi jħallsu bih f’kafetterija jew għal servizzi oħra.

L-aħħar aħbar dwar il-proġett pilota tal-euro diġitali

Wara s-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs) f’Marzu 2026, aktar minn 50 PSP applikaw biex jissieħbu fil-proġett pilota tal-euro diġitali. Wara evalwazzjoni bir-reqqa, għażilna 36 PSP miż-żona tal-euro kollha, li jiżguraw rappreżentanza wiesgħa tal-mudelli tan-negozju, id-daqs u l-ġeografija fiż-żona tal-euro kollha.

PSPs magħżula biex jieħdu sehem fil-proġett pilota tal-euro diġitali

Kull PSP jista' joffri servizzi pilota f'diversi postijiet. Il-lista tal-postijiet fejn il-PSPs li jipparteċipaw se joffru servizzi pilota se tiġi ffinalizzata aktar tard din is-sena.

Fornitur ta' servizzi ta' pagament (PSP)

Pajjiż ta' applikazzjoni tal-PSP

Fornitur ta' servizzi ta' pagament (PSP)

Pajjiż ta' applikazzjoni tal-PSP

Adyen N.V.

In-Netherlands

Nova Ljubljanska banka d.d., Ljubljana

Is-Slovenja

Banco Comercial Português, S.A.

lI-Portugall

Numia S.p.A.

L-Italja

Banca Monte dei Paschi di Siena S.p.A.

L-Italja

OP Retail Customers plc.

Il-Finlandja

Banca Sella S.p.A.

L-Italja

PAYONE GmbH

Il-Ġermanja

Bank of Cyprus Public Company Limited

Ċipru

Piraeus Bank S.A.

Il-Greċja

BAWAG P.S.K

L-Awstrija

Poste Italiane S.p.A.

L-Italja

BPCE

Franza

Raiffeisen Bank International AG

L-Awstrija

Caixa Geral de Depósitos, S.A.

Il-Portugall

Raiffeisenbank Austria d.d.

Il-Kroazja

CECABANK S.A.

Spanja

Revolut Bank UABLithuania
Cooperative Bank of Chania Cooperative of Limited Liabilities

Il-Greċja

RS2 Financial Services GmbH

Il-Ġermanja

Corvus Pay d.o.o

Il-Kroazja

Satispay Europe S.A.

Il-Lussemburgu

Deutsche Bank AG

Il-Ġermanja

Stripe Technology Europe, Limited

L-Irlanda

DZ BANK AG

Il-Ġermanja

SumUp Limited

L-Irlanda

Isybank S.p.A.

L-Italja

Tatra banka, a.s.

Is-Slovakkja

JCC Payment Systems Ltd

Ċipru

UniCredit S.p.A

L-Italja

Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale

Il-Greċja

Unicre – Instituição Financeira de Crédito, S.A

Il-Portugall

National Bank of Greece S.A.

Il-Greċja

Uinku Payments Entidad de Pago S.L.U.

Spanja

Nexi Payments S.p.A.

L-Italja

Worldline Financial Services (Europe) S.A.

Il-Lussemburgu

Sir af aktar permezz tas-sessjonijiet, il-workshops u d-dokumentazzjoni tagħna

Erġa’ ara: sessjonijiet ta’ fokus għall-PSPs interessati f’li jipparteċipaw fil-pilota

Organizzajna tliet sessjonijiet ta’ fokus online f’Jannar, f’Marzu u f’April 2026 biex nispjegaw l-iskeda ta’ żmien pilota, il-proċess tal-għażla tal-PSP, il-passi tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni u r-rekwiżiti tekniċi ewlenin.

Erġa’ ara r-reġistrazzjonijiet tas-sessjonijiet hawnhekk

Sessjonijiet ta’ ħidma mal-fornituri ta’ servizzi tekniċi – Marzu 2026

Iltqajna ma’ fornituri ta’ servizzi tekniċi bbażati fl-UE biex niddiskutu kif jistgħu jappoġġaw lill-PSPs fit-tħejjija għall-proġett pilota tal-euro diġitali, u kif nistgħu ngħinuhom fis-servizzi tal-konsumatur (fuq in-naħa tad-distribuzzjoni) u fl-aċċettazzjoni tan-negozjant (fuq in-naħa tal-akkwist).

Aqra s-sommarju tal-workshops

Dokumentazzjoni tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess

Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess stiednet lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament taż-żona tal-euro japplikaw biex jipparteċipaw fil-proġett pilota tal-euro diġitali. Is-sejħa issa hija magħluqa, iżda d-dokumenti relatati jibqgħu disponibbli għal referenza, inkluża s-sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-annessi u l-materjali ta’ sostenn.

Ara d-dokumenti

Għandek xi mistoqsijiet dwar il-proġett pilota tal-euro diġitali?

Esplora l-lista sħiħa tagħna ta’ mistoqsijiet frekwenti u sib it-tweġibiet li għandek bżonn.

Aqra l-FAQs

ARA WKOLL

Kulma għandek bżonn tkun taf dwar l-euro diġitali

Aqra aktar dwar l-euro diġitali

Ħarsa ġenerali lejn l-euro diġitali

Tagħrif aktar fil-fond dwar il-proġett tal-euro diġitali

Riżorsi u dokumentazzjoni utli

Il-paġni kollha f’din it-taqsima