European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Riċerka u żvilupp tal-karti tal-flus

Il-Bank Ċentrali Ewropew, bħall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema, għandu d-dmir li jħares l-integrità u s-sigurtà tal-karti tal-flus tal-euro tiegħu. Biex niżguraw li l-karti tal-flus tal-euro jibqgħu aċċessibbli u inklussivi, aħna niżviluppaw karatteristiċi ta’ sigurtà innovattivi li kulħadd jista’ jagħraf u jafda faċilment. Biex nissieltu l-falsifikaturi, naħdmu kontinwament biex intejbu dawn il-karatteristiċi u niżviluppaw oħrajn ġodda għall-karti tal-flus futuri. Naħdmu wkoll għal soluzzjonijiet teknoloġikament sostenibbli li jistgħu jgħinu jnaqqsu l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus u l-proċessi tal-euro tagħna.

Huwa għalhekk li nikkoordinaw u niffinanzjaw firxa wiesgħa ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp.

Oqsma ta' riċerka

Proġetti ta’ riċerka ffinanzjati jistgħu jvarjaw minn analiżi għal żmien qasir u studji ta’ fattibilità għal proġetti ta’ żvilupp fuq żmien itwal u anki provi tal-istampar għal karatteristiċi ġodda ta’ karti tal-flus.

Dawn li ġejjin huma wħud mill-oqsma li rridu nrawmu u li minnhom nibbenefikaw.

  • Karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karti tal-flus
  • Teknoloġija tal-ipproċessar u l-immaniġġjar tal-produzzjoni tal-karti tal-flus
  • Teknoloġiji li jtejbu l-impronta ambjentali taċ-ċiklu tal-flus kontanti
  • Ix-xjenza tal-perċezzjoni u l-konjizzjoni

Min hu eliġibbli għall-finanzjament?

Il-BĊE jistieden lill-kumpaniji kummerċjali, istituti tar-riċerka u partijiet professjonali oħra li għandhom kompetenza fl-oqsma teknoloġiċi rilevanti, biex iressqu l-proposti tal-proġetti tagħhom. M’għandek għalfejn tkun stabbilit fl-UE biex tapplika.

Kif tikkuntattjana dwar il-proposta tal-proġett tiegħek

Jekk għandek prodott jew kunċett li taħseb jista’ jkun ta’ interess biex il-BĊE jużah fil-karti tal-flus tal-euro, jekk jogħġbok imla din il-formola bl-Ingliż u ibgħatha lilBN-Development@ecb.europa.eu. Jekk jogħġbok kun żgur li l-formola mimlija ma tkunx itwal minn tliet paġni A4.

Biex tipproteġi l-komunikazzjonijiet tiegħek magħna, tista’ wkoll tuża l-kriptaġġ PGP billi tniżżel iċ-ċavetta pubblika tagħna għas-sottomissjoni tal-proġett. Nagħmlu mill-aħjar biex inwieġbu s-sottomissjonijiet fi żmien xahar.

Jekk il-proposta tiegħek tinteressana, aħna nabbozzaw u nitolbuk tiffirma ftehim ta’ kunfidenzjalità biex niżgurawha qabel ma naqsmu aktar dettalji. Imbagħad nibagħtulek aktar struzzjonijiet u mudelli għas-sottomissjoni formali tal-proposta tiegħek. Dawn huma ta’ natura standard għall-proġetti kollha ffinanzjati mill-BĊE.

Eżempji ta' proġetti preċedenti

Il-paġni kollha f’din it-taqsima