Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-BĊE josserva bir-reqqa l-iżviluppi fis-setturi bankarji taż-żona tal-euro u tal-UE kollha, kif ukoll f’setturi finanzjarji oħra, biex jidentifika xi dgħufijiet u jivverifika s-saħħa tas-sistema finanzjarja.

Huwa jwettaq dawn il-kompiti flimkien mal-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

Malli jfiġġu riskji sistemiċi potenzjali fis-sistema finanzjarja, dawn jiġu ttrattati permezz tal-politika makroprudenzjali. Il-politika makroprudenzjali tfittex qabelxejn li żżomm l-istabbiltà finanzjarja.

Definizzjoni ta’ stabbiltà finanzjarja

L-istabbiltà finanzjarja tista' tiġi definita bħala kundizzjoni li fiha s-sistema finanzjarja – li tinkludi intermedjarji finanzjarji, swieq u infrastrutturi tas-suq - hija kapaċi tiflaħ ix-xokkijiet u t-tneħħija ta' żbilanċi finanzjarji.

Dan itaffi l-prospett ta' interruzzjonijiet fil-proċess ta' intermedjazzjoni finanzjarja li huma severi biżżejjed biex ikollhom impatt negattiv fuq l-attività ekonomika reali.

Spjegazzjoni: Dettalji fuq l-istabbiltà finanzjarja

L-għanijiet tal-politika makroprudenzjali huma li:

  • tevita l-akkumulazzjoni eċċessiva tar-riskju, li hija konsegwenza ta’ fatturi esterni u nuqqasijiet fis-swieq, biex iċ-ċiklu finanzjarju jimxi bla xkiel (dimensjoni taż-żmien)
  • issaħħaħ is-settur finanzjarju u tillimita l-effetti ta’ kontaġju (dimensjoni trasversali)
  • tħeġġeġ perspettiva fir-regolamentazzjoni finanzjarja li tkopri s-sistema kollha u toħloq sett xieraq ta’ inċentivi għall-parteċipanti fis-swieq (dimensjoni strutturali)

Gruppi ta' kuntatt

Djalogu mill-Industrija Bankarja Chief Risk Officer Roundtable Grupp ta' kuntatt għall-Istabbiltà Finanzjarja

Pubblikazzjonijiet ewlenin

Il-paġni kollha f’din it-taqsima