Menu

Karti tal-flus li saritilhom ħsara

Għal nies li m’għandhomx fiduċja fil-karti tal-flus tal-euro, dawn iridu jkunu ġenwini u jidhru u jinħassu bħala karti ta’ kwalità għolja. Għalhekk, il-banek ċentrali nazzjonali jiċċekkjaw il-karti tal-flus tal-euro kollha biex jiżguraw li jkunu awtentiċi u li ma jkunux mgħarrqin jew maħmuġin qabel ma jerġgħu joħorġuhom.

Il-BĊN għandhom magni awtomatiċi li jipproċessaw il-karti tal-flus biex jiċċekkjawhom meta jirċevuhom u biex jagħżluhom ħalli jżommu standards għoljin ta’ kwalità. Fl-2019, il-BĊN ikklassifikaw madwar 5.1 biljun karta tal-flus bħala mhux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni u biddluhom. Il-karti tal-flus maħmuġin jew mgħarrqin jinqerdu.

Il-karti tal-flus tal-euro li tkun saritilhom ħsara jew li jkunu mqattgħin (pereżempju parzjalment maħruqin, maqtugħin jew immermrin) u li jkunu jissodisfaw ċerti kriterji, jiġu sostitwiti mill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro. Pereżempju, bank ċentrali nazzjonali jissostitwixxi karta tal-flus tal-euro li tkun saritilha ħsara jekk jeżisti aktar minn nofsha jew jekk tista' tingħata prova li l-parti nieqsa (akbar) tal-karta tal-flus tkun inqerdet. Karti tal-flus tal-euro mċarrtin jew li tkun saritilhom ħsara apposta ma jiġux sostitwiti.

Fil-prinċipju, is-sostituzzjoni ssir bla ħlas. Jintalab ħlas għal karti tal-flus tal-euro li tkun saritilhom ħsara aċċidentalment minn tagħmir għal kontra s-serq.

Għad-dettalji ara:

  1. Deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, it-tisrif u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/10) ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37.
  2. Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-BĊE tal-4 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, it-tisrif u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9), ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6.
    1. Deċiżjoni BĊE/2013/10. Test konsolidat mhux uffiċjali prodott mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 19/05/2019.
  3. Linja Gwida tal-BĊE tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra riproduzzjonijiet mhux konformi ta’ karti tal-flus tal-euro u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/11), ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43.

Għall-indirizz postali tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħek, jekk jogħġbok ara l-websajt tiegħu.