Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima
L-indirizzar tat-tibdil fil-klima jibda billi jkun hemm data affidabbli. Hekk biss nistgħu nkejlu b'mod preċiż l-impatt tagħna fuq il-klima u nifhmu r-riskji li niffaċċjaw. Dan jagħtina bażi biex nieħdu azzjoni sinifikanti u effettiva.
X'tip ta' informazzjoni niddivulgaw?
Id-divulgazzjonijiet tagħna jipprovdu informazzjoni ddettaljata dwar l-impronta tal-karbonju u r-riskju tal-klima tal-assi finanzjarji miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro, magħrufa kollettivament bħala l-Eurosistema. Żieda fit-trasparenza tfisser li nistgħu nifhmu aħjar l-impatt fuq il-klima tal-portafolli tagħna, nieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati sew dwar il-kisba tal-għanijiet klimatiċi tagħna u ngħinu lill-oħrajn jifhmu aħjar ir-riskju u l-impatt tal-klima. Mill-2023, il-BĊE u l-banek ċentrali tal-Eurosistema se jippubblikaw divulgazzjoni finanzjarja relatata mal-klima darba fis-sena.
Maż-żmien, dawn id-divulgazzjonijiet se jirriflettu l-isforzi tagħna biex niddekarbonizzaw il-portafolli f’konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u jgħinuna nissorveljaw il-progress tagħna u ninfurmaw l-aġġustamenti futuri tal-miżuri tagħna, jekk meħtieġ.
Xi jkopru dawn id-divulgazzjonijiet
Il-BĊE jippubblika divulgazzjoninjiet għall-bonds korporattivi li l-banek ċentrali tal-Eurosistema jżommu għal skopijiet ta’ politika monetarja. Barra minn hekk, il-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema jippubblikaw divulgazzjonijiet għall-portafolli tagħhom ta’ politika mhux monetarja ddenominati f’euro li huma jimmaniġġjaw kull wieħed taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess.
Approċċ wieħed armonizzat fiż-żona tal-euro
Id-divulgazzjonijiet kollha jitħejjew f'konformità ma' qafas komuni ta' divulgazzjoni minimu komuni tal-Eurosistema bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Iżvelar Finanzjarju relatat mal-Klima u l-Partnership for Carbon Accounting Financials (Sħubija dwar il-Finanzjament tal-Kontabilità tal-Karbonju)
Lista ta’ divulgazzjonijiet Ewropej hija pprovduta hawn taħt.
Ħarsa ġenerali lejn id-divulgazzjonijiet finanzjarji relatata mal-klima (2022)
Żona tal-euro | Il-Bank Ċentrali Ewropew |
L-Awstrija | Oesterreichische Nationalbank |
Il-Belġju | Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
Ċipru | Central Bank of Cyprus |
L-Estonja | Eesti Pank |
Il-Finlandja | Suomen Pankki – Finlands Bank |
Franza | Banque de France |
Il-Ġermanja | Deutsche Bundesbank |
Il-Greċja | Bank of Greece |
L-Irlanda | Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland |
L-Italja | Banca d’Italia |
Il-Kroazja | Hrvatska narodna banka
|
Il-Latvja | Latvijas Banka |
Il-Litwanja | Lietuvos bankas |
Il-Lussemburgu | Banque centrale du Luxembourg |
Malta | Bank Ċentrali ta’ Malta |
In-Netherlands | De Nederlandsche Bank |
Il-Portugall | Banco de Portugal |
Is-Slovakkja | Národná banka Slovenska |
Is-Slovenja | Bank Slovenije |
Spanja | Banco de España |
ARA WKOLL