Tisrif tal-flus nazzjonali
Il-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali ta’ qabel, bħall-mark Ġermaniż jew il-peseta Spanjola, fil-biċċa l-kbira għadhom jistgħu jissarrfu f’euro. Dan jista’ jsir biss mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-Bank Ċentrali Ewropew ma jsarrafx karti tal-flus jew muniti.
Biex tara liema karti tal-flus jistgħu jissarfu f'euro, ikklikkja fuq isem il-pajjiż fit-tabella hawn taħt u kkonsulta t-termini mogħtija. Ħafna banek ċentrali nazzjonali għadhom isarfu karti tal-flus ta' serji eqdem minn dawk li jidhru hawn.
Dati sa meta jistgħu jissarrfu l-flus
Xi banek ċentrali stabbilixxew data sa meta jistgħu jissarrfu l-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali
Pajjiż | Tisrif ta’ karti tal-flus sa | Tisrif ta’ muniti sa |
---|---|---|
L-Awstrija | bla limitu | bla limitu |
Il-Belġju | bla limitu | 31 ta' Diċembru 2004 |
Ċipru | 31 ta' Diċembru 2017 | 31 ta' Diċembru 2009 |
Il- Finlandja | 29 ta' Frar 2012 | 29 ta' Frar 2012 |
Franza | 17 ta' Frar 2012 | 17 ta' Frar 2005 |
Il-Ġermanja | bla limitu | bla limitu |
Il-Greċja | 1 ta' Marzu 2012 | 1 ta' Marzu 2004 |
L-Estonja | bla limitu | bla limitu |
L-Irlanda | bla limitu | bla limitu |
L-Italja | 6 ta' Diċembru 2011 | 6 ta' Diċembru 2011 |
Il-Latvja | bla limitu | bla limitu |
Il-Litwanja | bla limitu | bla limitu |
Il-Lussemburgu | bla limitu | 31 ta' Diċembru 2004 |
Malta | 31 ta' Jannar 2018 | 1 ta' Frar 2010 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi (1) | 1 ta' Jannar 2032 | 1 ta' Jannar 2007 |
Il-Portugall | 28 ta' Frar 2022 | 31 ta' Diċembru 2002 |
Is-Slovenja | bla limitu | 31 ta' Diċembru 2016 |
Is-Slovakkja | bla limitu | 2 ta' Jannar 2014 |
Spanja | 30 ta' Ġunju 2021 | 30 ta' Ġunju 2021 |
(1) In-Nederlandsche Bank mhux se jsarrafx guilders f'kull każ. Guilders akkwistati minn attivitajiet kummerċjali wara s-27 ta' Jannar 2002 mhux se jibqgħu jissarfu. Għal iżjed informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-websajt ta' De Nederlandsche Bank. |