European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Karti tal-flus

Hemm żewġ sensiliet ta' karti tal-flus. L-ewwel sensiela tinkludi seba' denominazzjonijiet differenti: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500. It-tieni sensiela, jew is-sensiela Europa tikkonsisti minn sitt denominazzjonijiet u tlestiet bil-ħruġ tal-karti ta’ €100 u €200 fl-2019. Il-karti tal-flus ta’ €500 ma kinux inklużi fis-sensiela Europa u mis-27 ta' April 2019 m'għadhomx jinħarġu. L-ewwel sensiela tal-karti tal-flus, li nħarġet oriġinarjament fl-2002, qed tiġi sostitwita ftit ftit bis-sensiela Europa. Il-karti tal-euro kollha huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha.

Dati ewlenin
L-1 ta' Jannar 2023

Adozzjoni tal-euro mill-Kroazja

It-28 ta’ Mejju 2019

Introduzzjoni tal-€100 u l-€200 l-ġodda

Is-27 ta’ Jannar 2019

Tmiem tal-ħruġ tal-karta tal-flus ta’ €500

Is-17 ta’ Settembru 2018

It-tnedija tal-karti tal-flus tas-sensiela Europa tal-€100 u l-€200

L-4 ta’ April 2017

Introduzzjoni tal-karta tal-flus ta' €50 il-ġdida

Il-5 ta’ Lulju 2016

Tnedija tal-karta tal-flus ta’ €50 tas-sensiela Europa

Il-25 ta’ Novembru 2015

Introduzzjoni tal-karta tal-flus ta' €20 il-ġdida

L-24 ta’ Frar 2015

Tnedija tal-karta tal-flus ta’ €20 tas-sensiela Europa

L-1 ta’ Jannar 2015

Adozzjoni tal-euro mil-Litwanja

It-23 ta’ Settembru 2014

Introduzzjoni tal-karta tal-flus ta' €10 il-ġdida

It-13 ta’ Jannar 2014

Tnedija tal-karta tal-flus ta’ €10 tas-sensiela Europa

L-1 ta’ Jannar 2014

Adozzjoni tal-euro mil-Latvja

It-2 ta’ Mejju 2013

Introduzzjoni tal-karta tal-flus ta' €5 il-ġdida

L-10 ta’ Jannar 2013

Tnedija tal-karta tal-flus ta’ €5 tas-sensiela Europa

It-8 ta’ Novembru 2012

Il-BĊE jħabbar l-introduzzjoni tat-tieni sensiela ta' karti tal-flus tal-euro, imsejħa s-sensiela Europa

L-1 ta’ Jannar 2011

Adozzjoni tal-euro mill-Estonja

L-1 ta’ Jannar 2009

Adozzjoni tal-euro mis-Slovakkja

L-1 ta’ Jannar 2008

Adozzjoni tal-euro minn Ċipru u Malta

L-1 ta’ Jannar 2007

Adozzjoni tal-euro mis-Slovenja

L-1 ta’ Jannar 2002

Introduzzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro fi 12-il pajjiż tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u Spanja.

Il-karti tal-flus tal-€500 mhux qed jinħarġu iżjed

Fis-27 ta’ Jannar 2019, 17 mid-19-il bank ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro ma baqgħux joħorġu karti tal-flus tal-€500 Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u għal raġunijiet loġistiċi, id-Deutsche Bundesbank u l-Oesterreichische Nationalbank waqfu milli joħorġu l-karti tal-flus fis-27 ta’ April 2019.

Il-karti tal-flus tal-€500 eżistenti baqgħu valuta legali, u għalhekk xorta tista’ tużahom bħala mezz ta’ ħlas u ħażna ta' valur (jiġifieri tonfoqhom u tfaddalhom). Bl-istess mod, il-banek, il-ħwienet tal-kambju u partijiet kummerċjali oħra jistgħu jkomplu jiċċirkulaw in-noti eżistenti ta’ €500.

Bħad-denominazzjonijiet kollha tal-karti tal-flus tal-euro, il-karta tal-flus ta’ €500 dejjem se żżomm il-valur tagħha u tista' tissarraf f'bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro fi kwalunkwe żmien.

Għidilna x’taħseb dwar il-karti tal-flus li tuża kuljum

It-tweġibiet tiegħek huma importanti biex niżguraw li l-karti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jkunu tal-aqwa kwalità possibbli. Ħu sehem f’dan l-istħarriġ qasir onlajn u għidilna x’taħseb fuq il-kwalità tal-karti tal-flus li jiġu f’idejk kuljum.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima