Sottoskrizzjoni tal-kapital
Aġġornat l-aħħar fit-30 ta’ Jannar 2020
Il-kapital tal-BĊE jiġi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istati Membri kollha tal-UE u jammonta għal €10,825,007,069.61.
L-ishma tal-BĊN f'dan il-kapital jiġu kalkolati permezz ta’ skema li tirrifletti s-sehem tal-pajjiż rispettiv fil-popolazzjoni totali u fil-prodott domestiku gross totali tal-UE. Dawn iż-żewġ fatturi determinanti għandhom l-istess ippeżar. Il-BĊE jaġġusta l-ishma kull ħames snin u kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊN li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE. Dawn il-BĊN huma dawk li pajjiżhom hu Stat Membru tal-UE. L-aġġustament isir abbażi ta' dejta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.
Mill-bidu tat-Tielet Stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999, l-iskema tal-kapital inbidlet tmien darbiet: sar aġġornament ta’ kull ħames snin fl-1 ta’ Jannar 2004, fl-1 ta' Jannar 2009, fl-1 ta’ Jannar 2014 u fl-1 ta' Jannar 2019; saru bidliet addizzjonali fl-1 ta’ Mejju 2004 (meta r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssieħbu fl-UE), fl-1 ta’ Lulju 2013 (meta l-Kroazja ssieħbet fl-UE) u fl-1 ta’ Frar 2020 (wara li r-Renju Unit irtira mill-UE).
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro
Is-sottoskrizzjonijiet imħallsa mill-BĊN taż-żona tal-euro għall-kapital tal-BĊE jammontaw għal total ta’ €7,583,649,493.38 maqsum kif ġej:
Kontribuzzjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro għall-kapital tal-BĊE(1)
| Bank ċentrali nazzjonali | Skema tal-kapital % | Kapital imħallas (€) |
|---|---|---|
(1) Il-BĊN taż-żona tal-euro se jħallsu s-sottoskrizzjonijiet miżjuda kollha tagħhom bħala riżultat tal-irtirar tal-Bank of England mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, f’żewġ rati fl-aħħar tal-2021 u l-2022 rispettivament (ara Stqarrija għall-istampa tal-BĊE ppubblikata fil-websajt tal-BĊE fi 30 ta’ Jannar 2020). (2) Minħabba t-tqarrib sa l-eqreb ċifra sħiħa, jista’ jkun li t-total ma jaqbilx mas-somma tan-numri kollha murija. |
||
| Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (Belġju) | 2.9630 | 276,290,916.71 |
| Deutsche Bundesbank (Ġermanja) | 21.4394 | 1,999,160,134.91 |
| Eesti Pank (Estonja) | 0.2291 | 21,362,892.01 |
| Central Bank of Ireland (Irlanda) | 1.3772 | 128,419,794.29 |
| Bank of Greece (Greċja) | 2.0117 | 187,585,027.73 |
| Banco de España (Spanja) | 9.6981 | 904,318,913.05 |
| Banque de France (Franza) | 16.6108 | 1,548,907,579.93 |
| Banca d'Italia (Italja) | 13.8165 | 1,288,347,435.28 |
| Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 0.1750 | 16,318,228.29 |
| Latvijas Banka (Latvja) | 0.3169 | 29,549,980.26 |
| Lietuvos bankas (Litwanja) | 0.4707 | 43,891,371.75 |
| Banque centrale du Luxembourg (Lussemburgu) | 0.2679 | 24,980,876.34 |
| Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 0.0853 | 7,953,970.70 |
| De Nederlandsche Bank (Olanda) | 4.7662 | 444,433,941.02 |
| Oesterreichische Nationalbank (Awstrija) | 2.3804 | 221,965,203.55 |
| Banco de Portugal (Portugall) | 1.9035 | 177,495,700.29 |
| Banka Slovenije (Slovenja) | 0.3916 | 36,515,532.56 |
| Národná banka Slovenska (Slovakkja) | 0.9314 | 86,850,273.32 |
| Suomen Pankki – Finlands Bank (Finlandja) | 1.4939 | 139,301,721.39 |
| Total2 | 81.3286 | 7,583,649,493.38 |
Il-qligħ u t-telf nett tal-BĊE jiġu allokati fost il-BĊN taż-żona tal-euro skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:
Allokazzjoni tal-qligħ u t-telf nett tal-BĊE
33.1. Il-qligħ nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit fl-ordni li ġej:
- ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li m’għandux jaqbeż 20% tal-qligħ nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi sa limitu ekwivalenti għal 100% tal-kapital;
- il-bqija tal-qligħ nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.
33.2. F'każ ta' telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista' jitpatta mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mid-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fi proporzjon u sal-ammonti allokati lill-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 32.5.
Banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro
It-tmien BĊN barra ż-żona tal-euro huma meħtieġa jikkontribwixxu għall-ispejjeż operazzjonali mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali billi jħallsu perċentwal żgħir tas-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Mid-29 ta' Diċembru 2010 il-kontribuzzjonijiet tagħhom irrappreżentaw 3.75% tas-sehem totali tagħhom fil-kapital sottoskritt. Il-kapital imħallas lill-BĊE mill-BĊN barra ż-żona tal-euro jammonta għal €75,794,263.89 u jinqasam kif ġej:
Kontribuzzjonijiet tal-BĊN barra ż-żona tal-euro għall-kapital tal-BĊE
| Bank ċentrali nazzjonali | Skema tal-kapital % | Kapital imħallas (€) |
|---|---|---|
| (1) Minħabba t-tqarrib sa l-eqreb ċifra sħiħa, jista’ jkun li t-total ma jaqbilx mas-somma tan-numri kollha murija. | ||
| Българска народна банка (Bulgarian National Bank) (Bulgarija) | 0.9832 | 3,991,180.11 |
| Česká národní banka (Repubblika Ċeka) | 1.8794 | 7,629,194.36 |
| Danmarks Nationalbank (Danimarka) | 1.7591 | 7,140,851.23 |
| Hrvatska narodna banka (Kroazja) | 0.6595 | 2,677,159.56 |
| Magyar Nemzeti Bank (Ungerija) | 1.5488 | 6,287,164.11 |
| Narodowy Bank Polski (Polonja) | 6.0335 | 24,492,255.06 |
| Banca Naţională a României (Rumanija) | 2.8289 | 11,483,573.44 |
| Sveriges Riksbank (Svezja) | 2.9790 | 12,092,886.02 |
| Total1 | 18.6714 | 75,794,263.89 |
Il-BĊN barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu ebda sehem mill-qligħ tal-BĊE li jitqassam, u lanqas ma huma responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.
Stqarrijiet għall-istampa
- 26 ta’ April 2004 - Skema tas-sottoskrizzjoni tal-Kapital tal-BĊE [mt]
- 2 ta’ Jannar 2007 - Skema tas-sottoskrizzjonijiet għall-kapital tal-BĊE – tkabbir tal-UE u tal-Eurosistema [mt]
- 16 ta’ Diċembru 2010 - Il-BĊE jżid il-kapital tiegħu [mt]
- 1 ta’ Lulju 2013 - Aġġustamenti fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE minħabba t-tkabbir tal-UE [mt]
- 1 ta’ Jannar 2014 - Aġġustamenti fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE u l-kontribuzzjoni mħallsa minn Latvjias Banka [mt]
- 3 ta’ Diċembru 2018 - Il-BĊE jadotta skema tal-kapital ġdida [mt]
- 30 ta’ Jannar 2020 - Il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jibqa’ kostanti wara li l-Bank of England jirtira mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali [mt]
