Il-bini ewlieni tal-BĊE
Bini modern għal bank ċentrali modern.
L-istruttura f’Sonnemannstrasse 20 tlestiet f’Novembru 2014. Billi tintegra l-istruttura tal-Grossmarkthalle (l-ex sala tas-suq bl-ingrossa ta’ Frankfurt), tgħaqqad kemm elementi storiċi kif ukoll moderni u hija binja urbana unika.
Il-bini ewlieni tal-BĊE
Il-viżjoni inizjali wara l-bini l-ġdid tal-BĊE kienet dik ta’ suq uniku Ewropew bil-munita tiegħu. Wara konsiderazzjoni bir-reqqa, fl-2001 is-sit tal-Grossmarkthalle tqies xieraq għall-BĊE biex jibni l-ispazju tal-uffiċċju tiegħu stess.
Il-bini ewlieni tal-BĊE - mill-konċepiment sat-tlestijaDisinn tal-enerġija
L-effiċjenza fl-enerġija kienet prinċipju ewlieni tad-disinn tal-bini. Għandu sistema ta’ ġbir u riċiklaġġ ta' ilma tax-xita u s-sħana ġġenerata miċ-ċentru tal-kompjuter tal-bini tintuża biex tipprovdi tisħin lill-uffiċini. Loops ġeotermiċi fil-pedamenti tal-bini jsaħħnu u jkessħu l-istruttura wkoll.
Aqra aktar dwar il-protezzjoni ambjentali fil-BĊEIl-mafkar
Il-perjodu mill-1941 sal-1945 isawwar kapitlu mudlam ferm fl-istorja tal-Grossmarkthalle, billi l-livell sotterran tal-bini tal-ġenb li jħares lejn il-lvant kien jintuża biex jinġabru persuni Lhud qabel ma jiġu ddeportati. Illum hemm mafkar għall-vittmi tal-Olokawst fil-punt fejn dawn kienu jinġabru
Aqra iktar dwar il-mafkar Superstiti tirrakkonta l-istorja tagħhaFilmat tal-bini f'fażijiet differenti
Mis-suq tal-frott u l-ħxejjex sal-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew: il-vjaġġ mill-konċepiment sat-tlestija mifrux fuq ftit iktar minn għaxar snin u ħoloq kontropunt fit-tarf tal-lvant ta’ Frankfurt sal-iskajskrejpers taċ-ċentru tal-belt.