European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Stqarrija ta’ privatezza għas-sit web

Il-BĊE hu marbut li jħares il-privatezza tal-utent. Jipproċessa d-dejta personali tiegħek biss għall-finijiet deskritti hawn taħt u ma jxandarhiex għal skopijiet kummerċjali.

L-informazzjoni personali kollha tiġi proċessata skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-regoli tal-BĊE dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tat-teknoloġija tal-informatika.

Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Il-BĊE huwa l-kontrollur tad-dejta u d-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali. Grupp ristrett ta’ persunal tal-BĊE jkollu aċċess għad-dejta personali tiegħek, u aġenziji esterni jistgħu wkoll jipproċessaw dejta f'isem u taħt l-awtorità tal-BĊE.

X’informazzjoni jiġbor il-BĊE permezz ta’ dan is-sit u għaliex jagħmel hekk?

Cookies

Cookies huma bċejjeċ żgħar ta' dejta li jibgħat server ta' websajt lill-brawżer tal-kompjuter tiegħek. Il-brawżer jgħarraf lis-server meta terġa żżur dak is-sit partikolari. Il-cookies jgħinuna naħżnu l-preferenzi u x-xejriet tal-użu tal-utenti fuq bażi aggregata u ntejbu l-esperjenza tal-utent.

Cookies:

Mhux aċċettati

Kull 6 xhur inneħħu l-cookies kollha tal-ewwel parti u nitolbuk biex terġa’ tagħmel l-għażla tiegħek. Aħna nagħmlu dan biex niżguraw li l-preferenzi tiegħek għadhom validi u aġġornati.

Cookies funzjonali

B'dawn il-cookies inkunu nistgħu ntejbu l-utilizzabilità u l-prestazzjoni ta' dan is-sit web billi jippermettulu jiftakar għażliet u personalizzazzjonijiet li tagħmel matul iż-żjara tiegħek, bħal-lingwa preferuta tiegħek.

Cookie tal-prestazzjoni

Dawn il-cookies jiġbru informazzjoni dwar kif tuża s-sit web tagħna u jgħinuna, pereżempju, nifhmu x'jinteressa lill-utenti tagħna u nkejlu kemm hi effettiva l-komunikazzjoni tagħna. B'dan il-mod, nistgħu nadattaw il-kontenut tal-websajt tagħna b'mod aktar speċifiku għall-ħtiġijiet tiegħek u b'hekk intejbu dak li noffrulek, pereżempju billi niżguraw li tista' faċilment issib dak li qed tfittex. Dawn il-cookies tal-prestazzjoni jinkludu dawk stabbiliti mill-pjattaformi tal-midja soċjali u mis-servizzi tal-Google disponibbli fuq is-sit.

Pereżempju, aħna niddependu fuq Google Analytics biex niksbu statistika dwar l-użu tas-sit web. Id-dejta tintbagħat lis-servers imħaddma minn Google (li jistgħu jkunu barra mill-Unjoni Ewropea) u tintuża biex tipprovdi lill-BĊE bi statistika aggregata fuq l-għadd ta’ żjarat u kemm wieħed idum, ix-xejriet fl-użu, is-sorsi tat-traffiku, id-demografiċi tal-utent u t-tiftix li jsir f’dan is-sit.

Barra minn hekk, nistgħu nużaw ukoll Google Optimize biex nittestjaw kif intejbu l-esperjenza tal-utent fuq is-sit web tagħna.

Niġbru d-dejta biex insegwu n-numru ta' viżitaturi fid-diversi partijiet tas-sit, niġġestixxu t-traffiku tal-viżitaturi u ntejbu l-funzjonalità u l-utilizzabilità. Aħna ma nidentifikawx viżitaturi individwali u nirċievu dejta aggregata anonimizzata.

Google għandu l-politika tiegħu fejn tidħol il-privatezza.

Google Analytics Politika tal-Privatezza ta' Google Ċertifikazzjoni ta' Privacy Shield

Google jaħżen biss id-dejta personali li ġejja, bla ħsara għall-kunsens tiegħek: identifikaturi onlajn, inklużi identifikaturi tal-cookies, indirizzi tal-protokoll tal-internet u identifikaturi tal-apparat; identifikaturi tal-klijent. Il-BĊE għażel perjodu ta’ żamma ta’ 14-il xahar fil-Google Analytics. Il-BĊE ppermetta b'mod awtomatiku l-anonimizzazzjoni tal-IP u diżattiva l-User-ID.

Qegħdin nagħmlu wkoll prova tal-Matomo Cloud, servizz ibbażat fl-Ewropa biex niksbu statistika għall-użu tal-websajt. Id-dejta kollha miġbura tiġi anonimizzata u ospitata fuq servers tal-BĊE. Politika tal-privatezza ta’ Matomo Cloud hija disponibbli fuq il-websajt tal-kumpanija.

Cookies ta' terzi oħrajn

Ċerti karatteristiċi ta' terzi fuq is-sit web tagħna jeħtieġu l-cookies. Pereżempju, meta video player jew kontenut tal-midja soċjali inkorporat fuq paġna jista' jħalli cookies. Dawn il-karatteristiċi se jkunu diżattivati jekk ma taċċettawx l-użu tal-cookies.

Informazzjoni llogjata

Is-servers jirrikordjaw awtomatikament l-informazzjoni li jibgħatlek il-brawżer meta żżur websajt. Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jinkludu tagħrif bħad-data u l-ħin taż-żjara tiegħek, l-indirizz IP tiegħek, it-tip, il-lingwa u d-daqs tal-iskrin tal-brawżer, u cookie jew iżjed li jidentifikaw il-brawżer tiegħek. Tali reġistrazzjonijiet jinħażnu għal massimu ta' għaxar xhur u mbagħad jitħassru. L-informazzjoni li jiġbor il-BĊE tintuża biss biex tinġabar l-istatistika fuq bażi aggregata dwar l-użu ta’ dan is-sit u għall-finijiet ta' manutenzjoni u s-sigurtà.

Informazzjoni personali mibgħuta permezz tas-sit jew b’email

Aħna niġbru aktar dejta personali bil-kunsens tiegħek biss, bħal indirizz elettroniku jekk tixtieq tabbona f'lista postali. Il-paġni rilevanti jipprovdu aktar informazzjoni dwar id-dejta personali li niġbru.

X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Id-dejta personali tinġabar u tiġi pproċessata mill-BĊE abbażi tal-kunsens tiegħek. Tista' tirtira l-kunsens tiegħek meta trid. Ladarba tkun irtirajt il-kunsens tiegħek id-dejta personali tiegħek ma tibqax tiġi pproċessata iżda l-ipproċessar preċedenti jibqa' legali.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek?

Inti għandek id-dritt ta' aċċess u li tirretifika d-dejta personali tiegħek, biex tirrestrinġi l-ipproċessar tad-dejta tiegħek u, taħt ċerti kundizzjonijiet, titlob li d-dejta tiegħek titħassar.

Tista' teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet fi webmaster@ecb.europa.eu. Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, tista' tikkuntattja wkoll lill-Kontrollur tal-BĊE għall-Protezzjoni tad-Dejta (dpo@ecb.europa.eu).

Barra minn hekk, għandek dritt tikkuntattja s-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kull meta trid dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima