Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport dwar il-Konverġenza

Ir-Rapport dwar il-Konverġenza jivvaluta l-progress miksub mill-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro għajr id-Danimarka, li għandha opt-out, lejn l-ilħuq tal-kriterji neċessarji għall-adozzjoni tal-euro. Jiġi ppubblikat mill-inqas darba kull sentejn, jew fuq talba ta’ Stat Membru tal-UE li jkun jixtieq jissieħeb fiż-żona tal-euro.

Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali lejn l-aktar rapport reċenti tagħna

Konverġenza ekonomika

Il-ħames pajjiżi taħt rieżami wrew reżiljenza ekonomika għall-iskossi esterni iżda xorta għadhom jiffaċċjaw ostakli fit-triq lejn l-adozzjoni tal-euro.

Aqra dwar l-istat tal-konverġenza ekonomika
Konverġenza legali

Il-BĊE eżamina l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-ħames pajjiżi mar-rekwiżiti tat-Trattat.

Esplora l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali
Sommarji tal-pajjiżi

Is-sommarji jippreżentaw ir-riżultati prinċipali tal-eżamijiet tal-konverġenza ekonomika u legali għal kull pajjiż.

Aqra s-sommarji tal-pajjiżi

Rapporti dwar il-Konverġenza ta’ Ġunju 2026

Esplora l-aktar valutazzjoni reċenti tal-konverġenza ekonomika u legali ta’ Stati Membri mhux taż-żona tal-euro fid-dettall billi taqra r-rapport sħiħ.

Ara r-rapport sħiħ

Għall-media

Il-pajjiżi mhux taż-żona tal-euro għamlu progress limitat lejn il-konverġenza ekonomika maż-żona tal-euro sa mill-2024.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Analiżi tar-riżultati

Niżżel l-aktar Rapport dwar il-Konverġenza reċenti f’format PDF

Rapporti dwar il-Konverġenza ta’ Ġunju 2026

Rapporti tal-Kummissjoni Ewropea

Bħall-BĊE, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika wkoll rapporti dwar il-konverġenza li jivvalutaw kemm huma lesti l-Istati Membri tal-UE li jadottaw l-euro.

Ara r-rapporti tal-Kummissjoni

Dħul fiż-żona tal-euro

L-Istati Membri tal-UE kollha, għajr id-Danimarka, huma meħtieġa jadottaw l-euro. Biex jagħmlu dan, l-ewwel għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ konverġenza li jivvalutaw kemm huma lesti għal unjoni ekonomika u monetarja. Ara l-mappa interattiva tagħna biex issir taf meta pajjiżi differenti adottaw l-euro.

Agħti ħarsa lejn il-mappa

Għas-semmiegħa tal-Podcast tal-BĊE

Il-prezzijiet għolew meta l-Bulgarija adottat l-euro? Jew il-biżgħat ta' inflazzjoni ma kinux f’lokhom? Aħna ddiskutejna dan f’wieħed mill-episodji tal-podcast tagħna.

Il-Bulgarija tadotta l-euro

Fl-1 ta’ Jannar 2026, il-Bulgarija adottat l-euro u saret il-21 membru taż-żona tal-euro.

Sir af aktar billi taqra l-artiklu tal-Bullettin Ekonomiku

L-adozzjoni tal-euro fil-Bulgarija: nifirdu l-ħrejjef mill-fatti

Ħafna Bulgari kienu qegħdin jibżgħu minn żidiet qawwijin fil-prezzijiet meta l-euro ħa post il-lev. Madankollu, l-evidenza preliminari turi li l-bidla fil-Bulgarija s’issa kellha impatt limitat biss fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi u fuq il-perċezzjonijiet ta’ inflazzjoni.

Aqra l-blog post
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Enfażi fuq is-sħubija fiż-żona tal-euro

Il-paġni kollha f’din it-taqsima