Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Aċċess għad-dokumenti

Introduzzjoni

L-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti huwa parti essenzjali mill-politika tal-BĊE dwar ir-responsabbiltà u t-trasparenza. Għandna l-għan li naħdmu b’mod kemm jista’ jkun trasparenti mal-poplu tal-Ewropa, filwaqt li fl-istess ħin nirrispettaw il-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta’ kwistjonijiet speċifiċi għal kif il-BĊE jwettaq il-kompiti tiegħu. Agħti ħarsa lejn il-Pjan ta' Sottomissjoni u Żamma tal-BĊE biex ikollok ħarsa ġenerali tad-dokumenti tal-BĊE u għal kemm żmien jinżammu. 

L-aċċess għal dokumenti tal-BĊE huwa regolat mid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004, kif emendata

F’konformità mal-impenn tal-BĊE favur il-ftuħ u t-trasparenza, u biex nippermettu u niffaċilitaw ir-riċerka, ħloqna Reġistru Pubbliku ta’ Dokumenti tal-BĊE.

Applikazzjoni

Jekk dokument ma jkunx disponibbli fir-Reġistru Pubbliku tad-Dokumenti jew fl-Arkivji tagħna (ara taħt), tista' tapplika għal aċċess billi tibgħat email jew ittra, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lil:


Talbiet għal Aċċess Pubbliku

Talbiet diretti lejn l-Arkivji tal-BĊE

accesstodocuments@ecb.europa.eu

European Central Bank
Compliance and Governance Office
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany

L-arkivji tal-BĊE

European Central Bank
Information Governance Division
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany

Ipproċessar

Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument jiġu ttrattati fil-pront. Il-BĊE jirrikonoxxi li rċieva t-talba u, fi żmien 20 jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni tagħha, jew jagħti aċċess għad-dokumenti jew jirrifjuta li jagħmel dan u jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

Jekk talba tikkonċerna numru kbir ħafna ta' dokumenti jew tkun kumplessa b'xi mod ieħor, l-iskadenza għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tista' tiġi estiża b'20 jum tax-xogħol addizzjonali.

Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista’, fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta jirċievi t-tweġiba tal-BĊE, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE biex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni inizjali tal-BĊE.

Jekk l-aċċess jiġi rifjutat mill-Bord Eżekuttiv, l-applikant jista’ jressaq proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew jista’ iressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew, skont l-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat. TFUE, rispettivament.

Ikklikkja hawn biex tikseb ħarsa ġenerali lejn is-suġġetti ewlenin ta’ interess tat-talbiet għal aċċess pubbliku sottomessi lill-BĊE.

Ikklikkja hawn biex tikseb ħarsa ġenerali lejn il-politika ta’ divulgazzjoni tal-BĊE matul is-snin.

Dokumenti tar-registru pubbliku

Ir-Reġistru Pubbliku tad-Dokumenti jinkludi dokumenti li diġà nħarġu mill-BĊE u dokumenti li nħarġu bi tweġiba għal talbiet għal aċċess pubbliku.

Arkivju

Id-dokumenti li għandhom aktar minn 30 sena jew li jappartjenu għall-predeċessuri tal-BĊE (il-Kumitat għall-Istudju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Fond Ewropew għall-Kooperazzjoni Monetarja u l-Istitut Monetarju Ewropew) li ġew deklassifikati għal “ECB-PUBLIC” skont id-Deċiżjoni BĊE/2023/17 tat-28 ta’ Lulju 2023 huma aċċessibbli permezz tat-taqsima tal-Arkivji.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima