Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-politika lingwistika ta’ din il-websajt

F’din il-websajt issib informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE).

L-informazzjoni kollha hija disponibbli bl-Ingliż, imma aħna niżguraw li l-kontenut ewlieni, u speċjalment informazzjoni li x’aktarx tkun ta’ interess għaċ-ċittadini Ewropej, tkun disponibbli f'lingwi uffiċjali oħra tal-UE wkoll.

X’tista’ ssib fil-lingwa tiegħek?

Il-paġna ewlenija, il-paġni kollha fit-taqsimiet “Dwar”, “Spjegazzjonijiet” u “L-Euro”, u l-paġni tad-dħul għad-disa’ taqsimiet kollha huma disponibbli bl-Ingliż u l-lingwi uffiċjali l-oħra tal-UE. L-istess huma d-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna, ir-rapport annwali tagħna u informazzjoni magħżula dwar l-istrateġija tal-politika monetarja tagħna, kif ukoll testi oħra.

Xi kontenut tal-websajt jiġi tradott f'lingwi magħżula tal-UE u jista’ jkun disponibbli f’lingwa li tifhem, anki jekk mhux fl-ilsien nattiv tiegħek. Xi diskorsi, intervisti u blog posts mill-President u membri oħra tal-Bord huma wkoll disponibbli f’lingwi oħra barra l-Ingliż. L-istqarrijiet għall-istampa normalment ikunu disponibbli bl-Ingliż u, jekk relevanti għall-pubbliku usa’ lil hinn minn udjenzi esperti, f’lingwi uffiċjali oħra tal-UE.

Il-leġiżlazzjoni tal-BĊE hija ġeneralment ippubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u hija disponibbli fl-EUR-Lex.

Tista’ ssib kontenut fuq il-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħna f’għażla ta’ lingwi. Aħna naċċettaw kontribuzzjonijiet għal konsultazzjonijiet pubbliċi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Tista’ ssib ukoll informazzjoni dwar l-euro u suġġetti oħra relatati fil-lingwa magħżula tiegħek fil-websajts tal-banek ċentrali nazzjonali tal-UE.

Applikazzjoni tal-politika lingwistika tagħna

Jekk taċċetta l-cookies tagħna, tgħinna niksbu statistika aggregata dwar id-domanda għal traduzzjonijiet ta’ paġni individwali u taqsimiet tal-websajt tagħna. Dan ifisser li nistgħu nimmiraw lejn dak li hu jeħtieġ għal traduzzjoni għall-quddiem. Jekk paġna tal-websajt għadha mhix disponibbli fil-lingwa tal-għażla tiegħek, issib dikjarazzjoni f'dak is-sens fil-paġna.

Id-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet tal-BĊE jieħu ħsieb li japplika din il-politika lingwistika.

Jekk tixtieq tistaqsi mistoqsija lill-Bank Ċentrali Ewropew, tista’ tagħmel dan billi tiktbilna fuq info@ecb.europa.eu fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima