L-approċċ tagħna għall-objettivi klimatiċi tagħna
Biex nilħqu l-objettivi tagħna dwar il-klima u niżguraw li d-deċiżjonijiet tagħna jkunu mmirati u effettivi, l-ewwel neħtieġu analiżi solida dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima. Dan l-għan jeħtieġ kemm data soda kif ukoll metodi ta’ mmudellar.
Ir-riskji relatati mal-klima huma partikolarment diffiċli biex jitkejlu u jiġu mudellati minħabba li jfeġġu fit-tul u mhumiex lineari, globali u inċerti ħafna. Madankollu, ix-xjenza tgħidilna li issa hemm bżonn ta’ azzjoni.