Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-paġna fiha informazzjoni iżjed aġġornata.

Sistema Elettronika għall-Offerti

Wara li jirreġistraw, il-partijiet interessati jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti u jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri ta' akkwist li jsiru permezz tas-Sistema Elettronika għall-Offerti

Idħol fis-Sistema elettronika għall-offerti

Illoggja Irreġistra Għandek bżonn l-għajnuna teknika?

Kif tuża s-Sistema elettronika għall-offerti

Appoġġ tekniku

Jekk teħtieġ għajnuna biex tuża s-sistema, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta' appoġġ tekniku fl-indirizz sourcing.support@ecb.europa.eu. Talbiet għall-għajnuna jiġu indirizzati bejn wieħed u ieħor fi żmien 1-3 ijiem tax-xogħol. Il-ħinijiet għall-għajnuna huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:30 sal-17:30 ħin ta’ Frankfurt, minbarra fil-vaganzi pubbliċi tal-BĊE.

X’inhuma r-rekwiżiti minimi tas-sistema?

Jekk jogħġbok innota li min jagħmel offerta għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-konnessjoni tal-internet u t-tagħmir tiegħu jiffunzjonaw sew u li s-settings tal-browser huma korretti. Il-BĊE m'għandux kontroll fuq dawn il-kundizzjonijiet esterni. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-assistent/amministratur tal-IT tiegħek biex taġġorna s-sistema tiegħek jekk għandek xi problema relatata mar-rekwiżiti minimi tas-sistema.

Brawżers appoġġjati

Microsoft Internet Explorer u Google Chrome jappoġġjaw il-funzjonalitajiet tas-sistema Elettronika għall-Offerti tal-BĊE.

M’għandhomx jintużaw brawżers oħrajn billi m’humiex appoġġjati.

Pop-up blocker

Iċċekkja li l-browser tiegħek qed jippermetti pop-ups.

Softwer ieħor

Id-dokumenti tal-offerta jistgħu jinkludu fajls ta’ Word, Excel u PDF. Biex taqra fajls PDF, jista’ jkun li jkollok tniżżelAdobe Acrobat Reader.

Kif nista’ niċċekkja jekk is-sistema tiegħi tissodisfax ir-rekwiżiti minimi?

Tella’ dokument biex tittestjah (e.g. fajl tal-Word vojt) bħala attachment mas-sottomissjoni tiegħek (“Rfx Response”) fis-sistema Elettronika għall-Offerti tal-BĊE.

Is-sistema tiegħek tista’ ma tissodisfax ir-rekwiżiti mini jekk:

  • id-dehra tal-interfaċċa tal-utent hi differenti mill-iscreenshots li jidhru fil-gwidi tal-BĊE għall-utenti;
  • it-tieqa biex ittella' l-attachments ma tinfetaħx.

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-assistent/amministratur tal-IT tiegħek jekk għandek problemi fis-sistema tiegħek.

Passi importanti għas-sottomissjoni

  • Irreġistra persuni ta’ alternattivi: L-offerenti għandhom jirreġistraw mill-inqas persuna waħda ta’ kuntatt alternattiva fis-sistema biex tiżgura li xi ħadd jista’ dejjem ikollu aċċess għall-offerta u l-komunikazzjoni, meta jkun meħtieġ. Biex toħloq il-kont ta’ kuntatt alternattiv, ara l-Kapitolu III ta’ Kif tamministra l-kont ta’ fornitur tiegħek tal-manwal ta’ gwida
  • Tella’ dokument bi prova
    Direttament wara li taċċedi għad-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti, tella’ dokument bi prova bħala attachment għas-sottomissjoni tiegħek (“risposta RFx”) biex tivverifika li s-sistema tal-offerti elettronika qed taħdem mingħajr xkiel fl-infrastruttura IT tiegħek. Biex ittella’ d-dokument, ara l-Kapitolu IV ta’ Kif tisottometti offerta/risposta għal proċedura ta' akkwist tal-manual ta’ gwida.
  • Tħallix għall-aħħar minuta
    Issottometti d-dokumenti tiegħek bil-quddiem sew qabel l-iskadenza għall-akkwist rispettiv biex ikun hemm biżżejjed żmien għal appoġġ tekniku, jekk meħtieġ. Iż-żmien li tieħu biex tiffinalizza s-sottomissjoni tiegħek u jittellgħu d-dokumenti kollha jista’ jvarja konsiderevolment skont il-browser tiegħek, il-konnessjoni tal-internet tiegħek u d-daqs tal-fajls tiegħek (massimu 80 MB kull fajl).
  • Ibdel l-istatus tas-sottomissjoni tiegħek għal “firm” : Ir-risposta tiegħek tiġi sottomessa b’suċċess biss meta l-istatus tar-risposta RFx tiegħek ikun ġie stabbilit għal “firm” qabel l-iskadenza. Is-sistema tagħlaq l-akkwist rilevanti awtomatikament ladarba l-iskadenza tkun għaddiet, irrispettivament minn sottomissjonijiet li għadhom qed jiġu editjati. Is-sottomissjonijiet biss li għandhom l-istatus tagħhom issettjati għal “firm” jistgħu jiġu kkunsidrati fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rilevanti mill-BĊE.
  • Iċċekkja mill-ġdid ir-risposta RFx wara s-sottomissjoni
    Erġa’ aċċedi għas-sistema Elettronika ta' Sejħiet għall-offerti tal-BĊE wara li tibgħat ir-risposta RFx tiegħek biex tivverifika jekk il-kontenut huwiex komplut u li l-istat tar-risposta huwa ssettjat għal "firm". Nagħtuk parir biex tagħmel screenshot tal-attachments li tellajt.

Dikjarazzjoni ta’ privatezza

Ċaħda

Il-BĊE mhux obbligat jagħti kuntratt bħala riżultat ta’ reġistrazzjoni ta’ fornitur fis-Sistema Elettronika tal-BĊE għall-Offerti jew parteċipazzjoni fi proċedura ta’ offerti.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima