European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Qafas legali

Bħala istituzzjoni tal-UE, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jopera taħt regoli ddefiniti ċari li jinsabu fid-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni Ewropea. L-għanijiet u l-kompiti tal-BĊE huma stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, il-BĊE jista’ jadotta atti legali u jipprovdi wkoll u jippubblika opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni proposta bħala parti mill-funzjoni konsultattiva tiegħu.

Il-Qafas Legali tal-BĊE fuq l-EUR-Lex

L-atti legali kollha tal-BĊE huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali rilevanti kollha tal-UE u huma aċċessibbli fuq l-EUR-Lex, il-portal online għall-Liġi tal-UE li jipprovdi l-aċċess uffiċjali għad-dokumenti legali tal-UE.

It-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex

X’issib fit-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex?

L-atti legali kollha tal-BĊE ssibhom fuq l-EUR-Lex Dan jinkludi l-atti legali kollha ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU) kif ukoll dawk li qabel kienu ppubblikati biss fuq il-websajt tal-BĊE, inklużi:

  • Regolamenti
  • Deċiżjonijiet
  • Linji gwida
  • Rakkomandazzjonijiet
  • Opinjonijiet u ittri nazzjonali u tal-UE relatati mal-funzjoni konsultattiva tal-BĊE
  • Memoranda ta’ Ftehim
  • Ftehim

L-atti legali disponibbli jinkludu wkoll emendi, corrigenda u verżjonijiet ikkonsolidati. Minbarra l-atti legali, għandek issib ukoll il-ġurisprudenza kollha ta’ rilevanza għall-BĊE.

Kif tuża l-EUR-Lex

Mit-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex, tista’ tibbrawżja l-atti legali tal-BĊE skont is-suġġetti li ġejjin:

  • Il-qafas legali tas-SEBĊ
  • Dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-BĊE
  • Politika monetarja u l-operazzjonijiet
  • Sistemi ta’ pagament u saldu;
  • Karta tal-flus u muniti, mezzi ta’ ħlas u affarijiet monetarji
  • Kambju barrani u riżervi barranin
  • Statistika
  • Stabbiltà tas-suq finanzjarju
  • Superviżjoni bankarja

Tista’ tuża wkoll id-diversi funzjonalitajiet ta’ tiftix disponibbli biex tfittex atti legali jew kawżi tal-qorti permezz ta’ kelma ewlenija, in-numru tad-dokument, is-sena jew kriterji oħra.

Tieqa ta’ ħarsa ġenerali turi l-atti legali ppubblikati reċentement. Tista’ ssib lista sħiħa ta’ att legali elenkati skont id-data.

Għal statistika dwar in-numru ta’ atti legali tal-BĊE u aċċess faċli għal kumpilazzjonijiet skont tipi ta’ atti, suġġetti jew maż-żmien, tista’ tinnaviga permezz ta’ infografija interattiva.

Daħliet fl-EUR-Lex

Id-daħliet fl-EUR-Lex jipprovdu links għall-verżjonijiet lingwistiċi differenti disponibbli f'HTML u PDF u l-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-verżjonijiet ikkonsolidati kollha disponibbli. Tista’ tagħżel li turi test fi tliet lingwi fl-istess ħin.

Mistoqsijiet komuni dwar l-użu tal-EUR-Lex

Dawn il-mistoqsijiet komuni fihom informazzjoni aktar dettaljata li jgħinuk tuża sew it-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex.

Mistoqsijiet Komuni

Riżorsi legali oħrajn

Il-paġni kollha f’din it-taqsima