Organizzazzjoni

Il-BĊE huwa istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-qalba tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.

Aktar minn 2,500 membru tal-istaff mill-Ewropa kollha jaħdmu mal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Ilkoll jagħtu sehemhom f’kooperazzjoni mill-qrib mal-banek ċentrali nazzjonali fi ħdan l-Eurosistema u, għas-superviżjoni bankarja, mas-superviżuri nazzjonali fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.



Min huma?

Il-President tal-BĊE huwa Mario Draghi u l-Viċi President huwa Vítor Constâncio. Il-korp deċiżjonali ewlieni huwa l-Kunsill Governattiv, magħmul mis-sitt membri tal-Bord Eżekuttiv u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tad-19-il pajjiż taż-żona tal-euro.



Id-dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv

Il-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom. Sib kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u għaliex daħlet ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot.