Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ir-rwol tal-flus kontanti

L-ekonomija teħtieġ ċertu ammont ta’ flus kontanti disponibbli biex tiffunzjona. Il-flus kontanti huma l-mezz dominanti ta’ ħlas fiż-żona tal-euro, billi l-maġġoranza kbira tal-ħlasijiet tagħna ta’ kuljum isiru bl-użu ta’ karti tal-flus jew muniti. Il-flus kontanti huma essenzjali wkoll għall-inklużjoni ta’ ċittadini soċjalment vulnerabbli, bħall-anzjani jew gruppi bi dħul baxx.

Iżda l-flus joffru funzjonijiet u benefiċċji importanti oħra:

  • Jiżguraw l-libertà u l-awtonomija tiegħek. Il-karti tal-flus u l-muniti huma l-unika forma ta’ flus li n-nies jistgħu jżommu mingħajr ma jinvolvu lil terzi. M'għandekx bżonn aċċess għal tagħmir, l-internet jew l-elettriku biex tħallas bi flus kontanti, li jfisser li jistgħu jintużaw meta ma jkunx hemm elettriku jew jekk titlef il-kard tiegħek.
  • Huma valuta legali. Il-kredituri, bħal ħwienet u ristoranti, ma jistgħux jirrifjutaw il-flus kontanti, sakemm kemm huma u kemm il-klijent ma jkunux qablu fuq mezz ieħor ta’ ħlas bil-quddiem. Għal aktar informazzjoni ara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Marzu 2010 (2010/191/EU).
  • Jiżguraw il-privatezza tiegħek. Tranżazzjonijiet bi flus kontanti jirrispettaw id-dritt fundamentali tagħna li jkollna l-privatezza, id-dejta u l-identità tagħna protetti fi kwistjonijiet finanzjarji.
  • Huma inklużivi. Il-flus kontanti jipprovdu għażliet ta’ ħlas u tfaddil għal persuni b’aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal flus diġitali, u jagħmluha kruċjali għall-inklużjoni ta’ ċittadini soċjalment vulnerabbli bħall-anzjani jew gruppi bi dħul baxx.
  • Jgħinuk iżżomm kont tal-ispejjeż tiegħek. Il-flus kontanti jippermettulek li żżomm kontroll aktar mill-qrib tan-nefqa tiegħek, pereżempju billi ma jħallukx tonfoq iżżejjed.
  • Huma veloċi. Il-karti tal-flus u l-muniti jissaldaw ħlas minnufih.
  • Huma siguri. Il-flus kontanti wrew li huma siguri f’termini ta’ ċiberkriminalità, frodi u falsifikazzjoni. U, peress li huma flus tal-bank ċentrali, ma jinvolvux riskji finanzjarji la għal min iħallas u lanqas għal min jitħallas.
  • Huma ħażna ta’ valur. Il-flus kontanti huma ferm iżjed milli sempliċi strument tal-pagament. Jippermettu lin-nies iżommu l-flus għal skopijiet ta’ tfaddil mingħajr riskju ta’ inadempjenza. Huma utli għal rigali u ħlasijiet żgħar minn persuna lil persuna. Pereżempju, il-ġenituri jistgħu jafdaw ammonti żgħar ta’ flus kontanti lil uliedhom għal xiri żgħir, jew persuna tista’ tagħti lil xi ħabib jew konoxxenti flus biex jixtru xi ħaġa f'isimhom. Il-flus kontanti jikkontribwixxu għall-edukazzjoni finanzjarja tat-tfal.
ARA WKOLL

Skopri iktar dwar kontenut relatat

Il-paġni kollha f’din it-taqsima