European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kontijiet Annwali

Il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati tal-operazzjonijiet tal-BĊE fi tmiem is-sena. Dawn jinkludu r-rapport tal-ġestjoni, ir-rapporti finanzjarji (jiġifieri l-Karta tal-Bilanċ, il-Kont tal-Profitt u t-Telf, sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti ta’ spjegazzjoni oħra), ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar id-distribuzzjoni tal-profitti/allokazzjoni tat-telf.

Ir-rapporti finanzjarji huma ppreparati skont il-politiki tal-kontabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u huma speċifiċi għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-BĊE. Aqra iktar dwar il-produzzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.

Il-kontijiet annwali huma parti integrali tar-Rapport Annwali tal-BĊE. Dawn jiġu ppubblikati fi Frar, qabel ir-Rapport Annwali rispettiv.

2022

Iċ-ċifri ewlenin

€698.9 biljuni

Karta tal-Bilanċ

Il-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE żdiedet b’€18.7 biljuni fl-2022, għal total ta’ €698.9 biljuni, l-aktar minħabba l-akkwist ta’ titoli tal-politika monetarja.

Aktar dwar il-karta tal-bilanċ
€1,627 miljun

Ammont rrilaxxat mill-provvediment għar-riskji finanzjarji

Parti mid-dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji ġiet irrilaxxata biex tpaċi t-telf imġarrab fl-2022. Wara r-rilaxx, id-daqs tal-provvediment li baqa’ ammonta għal €6.6 biljuni.

Iżjed dwar il-provvedimenti

Riżultat finanzjarju

Qabel ir-rilaxx mill-provvediment għar-riskji finanzjarji l-BĊE kellu telf ta’ €1,627 miljun, li rriżulta prinċipalment mill-ispiża tal-imgħax li ġiet mill-obbligazzjoni tat-TARGET2 netta, tnaqqis fil-valur tal-titoli u telf realizzat fil-prezz mill-bejgħ ta’ titoli. Ir-rilaxx mill-provvediment għal riskji finanzjarji kkumpensa t-telf, u ġab ir-riżultat finanzjarju tal-BĊE għal żero.

Aktar dwar il-kont tal-profitt u t-telf
It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima