Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Euro diġitali

L-euro diġitali se jkun forma diġitali ta’ flus kontanti, maħruġa mill-bank ċentrali u disponibbli għal kulħadd fiż-żona tal-euro.

Qed naħdmu mal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro biex neżaminaw il-ħruġ possibbli tal-euro diġitali. Din tkun munita diġitali ta’ bank ċentrali, ekwivalenti elettronika għall-flus kontanti. U tikkumplimenta l-karti tal-flus u l-muniti, u tagħti lin-nies għażla addizzjonali dwar kif iħallsu.

Immaġina l-euro diġitali

Flus tal-bank ċentrali f’forma diġitali, disponibbli għal pagamenti elettroniċi fil-ħwienet, online jew minn persuna għal oħra.  Skopri kif tista’ taħdem.

L-aktar aħbarijiet reċenti dwar il-proġett tal-euro diġitali

Verżjoni ġdida tal-abbozz tal-ġabra ta’ regoli tal-iskema tal-euro diġitali

F’Lulju 2026, ippubblikajna abbozz ta’ verżjoni ġdida tal-ġabra ta’ regoli dwar l-euro diġitali – il-verżjoni 0.91. Din l-aktar verżjoni reċenti tinkorpora feedback miġbur matul konsultazzjoni tas-suq fuq skala kbira mwettqa mill-BĊE u mill-Grupp ta’ Żvilupp tal-Ġabra tar-Regoli bejn Ġunju u Ottubru 2025.

Aqra l-aktar aħbarijiet reċenti dwar il-ġabra ta’ regoli tal-iskema tal-euro diġitali
Progress dwar l-euro diġitali

F’Ottubru 2025, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li l-Eurosistema se tgħaddi għall-fażi li jmiss tal-proġett tal-euro diġitali.

Aqra l-aktar aħbarijiet reċenti dwar il-progress tal-proġett tal-euro diġitali

X’għandek tkun taf

X’se jkun l-euro diġitali?

L-euro diġitali se jkun mezz elettroniku ta’ pagament disponibbli mingħajr ħlas għal kulħadd biex jużah. Bħall-flus kontanti llum, tista’ tużah kullimkien fiż-żona tal-euro, u jkun sigur u privat. Fis-soċjetà tagħna li qed issir dejjem aktar diġitalizzata, l-euro diġitali jkun il-pass li jmiss għall-munita unika tagħna.

X’se jkun?
Għaliex għandna bżonn tal-euro diġitali?

Bħalissa, ma hemm l-ebda għażla Ewropea ta’ pagament diġitali li tkopri ż-żona tal-euro kollha, u 13 minn 20 pajjiż jibbażaw fuq skemi internazzjonali ta’ kards għal pagamenti bil-kard. L-euro diġitali jkun mezz ta' pagament Ewropew u elettroniku aċċessibbli u aċċettat fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.

Għaliex għandna bżonnu?
Kif jaħdem l-euro diġitali?

L-euro diġitali jista’ jinżamm f’kont stabbilit mal-bank tiegħek jew ma’ intermedjarju pubbliku. Tista’ tħallas bl-euro diġitali online jew offline, bil-mowbajl jew bil-kard tiegħek. Dan ifisser li tista’ tħallas f'ħanut jew fuq sit elettroniku, jew tibgħat flus lil ħbieb, f'kull ħin, u kullimkien. 

Kif se jaħdem?
Meta se jkun lest l-euro diġitali?

L-għan tagħna huwa li nkunu lesti għall-ewwel ħruġ potenzjali tal-euro diġitali matul l-2029, jekk nassumu li l-leġiżlazzjoni meħtieġa tal-UE tiġi adottata matul l-2026.

Esplora l-proġett
L-euro diġitali - sir af il-fatti

Konfuż(a) minħabba d-dikjarazzjonijiet kollha dwar l-euro diġitali? Din il-paġna tistabbilixxi l-fatti b’lingwaġġ sempliċi – li jkopru xi jfisser l-euro diġitali għall-privatezza tiegħek u għal-libertà tal-għażla tiegħek, kif ukoll aspetti prattiċi bħal minn fejn tista’ tiksbu u kif jaħdem.

Iċċekkja l-fatti wara l-euro diġitali
Mistoqsijiet komuni

Kif se jgħinni l-euro diġitali? L-euro diġitali kif ikun differenti mill-istablecoins u mill-kriptoassi? L-euro diġitali jiggarantixxi l-privatezza tal-utent? L-euro diġitali se jieħu post il-flus kontanti? Iċċekkja t-tweġibiet għall-mistoqsijiet komuni hawnhekk.

Aqra l-FAQs

Skopri l-proġett pilota tal-euro diġitali

Aqra aktar dwar it-tħejjijiet tal-Eurosistema għal proġett pilota tal-euro diġitali fl-2027, min se jieħu sehem, u l-aktar aġġornamenti reċenti.

L-euro diġitali meta mqabbel ma’...

... privatezza

L-euro diġitali se joffri lin-nies u lin-negozji fiż-żona tal-euro soluzzjoni ta’ ħlas bl-ogħla standards ta’ privatezza. Il-BĊE u l-Eurosistema ma jkunux jistgħu jidentifikaw min int jew x’qed tixtri mid-data tal-ħlas li nirċievu.

Il-ħlasijiet bl-euro diġitali: id-data tiegħi tkun sigura?

... kriptoassi

Il-kriptoassi ma huma sostnuti jew amministrati minn ebda istituzzjoni ċentrali. M’hemm l-ebda garanzija li tista’ ssarafhom fi flus kontanti meta jkollok bżonn. Peress li l-euro diġitali se jkun appoġġat minn bank ċentrali, dan mhux se jkun kriptoassi. Il-banek ċentrali għandhom mandat biex iżommu l-valur tal-flus, irrispettivament minn jekk humiex fiżiċi jew diġitali.

X’inhi d-differenza bejn il-kriptoassi u l-euro diġitali?

...l-ispejjeż tal-investiment tal-banek

L-implimentazzjoni tal-euro diġitali tiswa lill-banek bejn €4 biljun u €5.8 biljun. Dan huwa ferm aktar baxx mill-istimi preċedenti tal-industrija, peress li jirrifletti l-potenzjal għall-banek li jikkondividu l-infrastruttura u jisfruttaw is-sinerġiji.

Aqra l-analiżi sħiħa dwar l-ispejjeż tal-investiment fl-euro diġitali għas-settur bankarju taż-żona tal-euro

... stabbiltà finanzjarja

L-euro diġitali qed jiġi ddisinjat għall-użu ta’ kuljum. Analiżi tal-BĊE turi li l-użu tal-euro diġitali għall-pagamenti ta’ kuljum ma jagħmilx ħsara lill-istabbiltà finanzjarja – anke f’xenarju ta’ kriżi ferm improbabbli u estrema, agħar minn kwalunkwe kriżi reali matul l-ewwel 25 sena tal-euro.

Aqra analiżi teknika dwar l-impatt tal-istabbiltà finanzjarja tal-euro diġitali

…soluzzjonijiet privati

L-euro diġitali huwa maħsub biex jikkomplementa l-flus kontanti u s-soluzzjonijiet eżistenti tas-settur privat. Billi ninvolvu ruħna mal-partijiet ikkonċernati tas-suq (il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, in-negozjanti u l-konsumaturi), qed niżguraw li dan jintegra ruħu bla intoppi fl-ekosistema tal-pagamenti eżistenti u jaħdem tajjeb ma’ dak li diġà huwa fis-seħħ.

Aqra rapport dwar l-adegwatezza tal-euro diġitali fl-ekosistema tal-pagamenti

Il-Podcast tal-BĊE:

Qisu flus kontanti, iżda diġitali: il-fatti wara l-euro diġitali

X’inhu l-euro diġitali, u kif jaħdem? Mhux diġà nħallsu b’mod diġitali? Aħna nisseparaw il-fatt mill-finzjoni hekk kif Stefania Secola tingħaqad ma’ Aidas Palubinskas mill-podcast tal-Finanzi tal-UE biex titkellem mal-membru tal-Bord Eżekuttiv Piero Cipollone dwar l-immodernizzar ta’ flusna.

Listen to this podcast episode

L-euro diġitali, demistifikat

Qed inħejju għall-possibbiltà li noħorġu euro diġitali. Dan qed iqajjem ħafna interess − u fehmiet żbaljati — minkejja l-fatt li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni. Il-preżentatriċi tagħna, Stefania Secola, u l-kap tal-proġett tal-euro diġitali, Evelien Witlox, jiċċaraw l-affarijiet.

Isma’ dan l-episodju tal-podcast

L-euro diġitali: x’hiex, għaliex, meta? (partijiet 1 u 2)

Għandna bżonn tal-euro diġitali, u għaliex? Kif tista’ tkun id-dehra tiegħu? U kif ikun differenti minn mezzi oħra ta’ ħlas? Il-preżentatriċi tagħna, Katie Ranger, tagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-espert tal-euro diġitali, Evelien Witlox.

Isma’ dawn l-episodji tal-podcast

Issieħeb fil-proġett tal-euro diġitali!

Qed infittxu kollegi ġodda sabiex nibnu l-euro diġitali, fejn se nkunu qed niffokaw fuq il-prontezza teknika, l-involviment fis-suq, u l-appoġġ għall-proċess leġiżlattiv.

Kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Il-kooperazzjoni estensiva ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-parteċipanti fis-suq, il-leġiżlaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini Ewropej, se tiżgura li l-euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti. 

L-involviment tal-partijiet interessati
Dokumenti u riċerka

Il-proġett tal-euro diġitali huwa appoġġat minn dokumentazzjoni estensiva u minn analiżijiet dettaljati tax-xogħol li qed isir, u s-sorsi li pprovdew l-informazzjoni. Uża d-dokumenti ddedikati u l-paġna ta’ riċerka tagħna biex taqra dwar suġġetti li jinteressawk.

Idħol aktar fil-fond

Niżguraw it-trasparenza u r-responsabbiltà

Aħna impenjati li nżommu t-trasparenza u r-responsabbiltà fil-proġett tal-euro diġitali. Aħna nappoġġaw il-proċess leġiżlattiv billi nipprovdu kontribut tekniku. Il-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, Piero Cipollone, jaġġorna wkoll regolarment lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew.

Aqra l-aġġornamenti dwar il-proġett tal-euro diġitali

Oqgħod attent(a) mill-frodi

Nafu li hemm emails u siti web foloz li qegħdin jitolbu lin-nies biex jinvestu fl-euro diġitali. Dawn huma skemi qarrieqa. Aħna qatt ma nistaqsu lin-nies dwar investimenti, flus jew nitolbuhom informazzjoni personali. Jekk taħseb li sfajt vittma ta’ frodi, ikkuntattja lill-pulizija lokali tiegħek.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima