Akkreditazzjoni ta’ manifattur tal-karti tal-flus
Inżommu l-ogħla standards għall-karti tal-flus tal-euro
Il-BĊE għandu d-dmir li jiżgura l-integrità tal-euro bħala mezz ta' ħlas billi japplika l-ogħla standards ta' saħħa u sikurezza, sigurtà, etika u kwalità tul il-fażijiet kollha tar-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-produzzjoni u l-provvista tal-karti tal-euro.
Għalhekk il-karti tal-euro għandhom jiġu prodotti skont standards industrijali speċifiċi, inklużi ISO 9001, ISO 14001 u ISO 45001, u għandhom jissodisfaw rekwiżiti stretti ta' sigurtà.
Il-manifatturi ta' oġġetti tal-euro għandhom ikunu akkreditati
Il-manifattura ta’ oġġetti tal-euro u ta’ oġġetti siguri tal-euro hija wkoll suġġetta għal proċedura ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE. Manifatturi akkreditati biss jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist u jiffirmaw kuntratti għal attivitajiet relatati ma' oġġetti tal-euro u oġġetti tal-euro siguri.
Il-kundizzjonijiet ta’ din il-proċedura huma stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2020/24, li tapplika mit-18 ta’ Mejju 2021.
Oqsma ta' manifatturi akkreditati
- Stampar ta' karti tal-flus
- Manifattura tal-karta użata għall-karti tal-flus
- Manifattura ta' linek għall-istampar
- Manifattura ta' fojls olografiċi
- Manifattura ta' fili tas-sigurtà għall-karti tal-flus
- Manifattura ta’ oġġetti siguri oħrajn
Tagħrif ieħor dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE
Għal aktar tagħrif niżżel il-Q&A dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni.
Jekk qiegħed tikkunsidra li titlob l-akkreditazzjoni
Ibgħat email b'deskrizzjoni qasira bl-Ingliż tal-prodotti li timmanifattura (massimu ta' żewġ paġni A4) lil QEHS.accreditation@ecb.europa.eu. Normalment inwieġbu fi żmien xahar.
Aħna nużaw il-kriptaġġ PGP għal komunikazzjoni sigura. Jekk jogħġbok niżżel il-PGP key of QEHS.accreditation għall-użu meta tittrasmetti informazzjoni sensittiva.
Opportunitjiet oħra għal kooperazzjoni mal-BĊE
Jekk tixtieq tipproponi karatteristiċi ta’ sigurtà jew teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-karti tal-flus, jekk jogħġbok ara Riċerka u żvilupp tal-karti tal-flus.