Involviment taż-żgħażagħ
Iż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali fit-tfassil tal-Ewropa ta' għada. Huwa għalhekk li norganizzaw firxa ta' inizjattivi madwar l-Ewropa maħsuba biex jgħinuk titgħallem aktar dwar l-ekonomija, il-banek ċentrali u r-responsabbiltajiet tal-BĊE, u biex tingħata ċ-ċans li taqsam magħna l-fehmiet u l-ideat tiegħek dwar is-suġġetti li jinteressawk u jaffettwawk.
Kompetizzjoni BĊE-QuizClash #EUROat20

Aħna nedejna kompetizzjoni bi kwiżż dwar l-euro u l-Bank Ċentrali Ewropew f’kooperazzjoni mal-app QuizClash. Sempliċiment niżżel l-app u agħmel il-kwiżż #EUROat20 biex tidħol biċ-ċans li terbaħ premjijiet! Inti lest/a?
Euro Video Challenge
X’tara meta żżur il-BĊE għall-ewwel darba? Fl-2017 staqsejna żgħażagħ Ewropej biex joħolqu vidjow qasir interessanti dwar l-ekonomija fil-Euro Video Challenge Sena wara stedinna lillfinalisti fil-BĊE biex ikollhom l-esperjenza tal-ekonomija f’ras il-għajn.
Skopri iktar dwar l-Euro Video ChallengeRitratti taż-żjara tal-finalisti
Sendung mit der Maus

Fit-3 ta’ Ottubru 2018, madwar 150 ammiratur tal-programm tat-tfal magħruf sew tal-Ġermanja "Die Sendung mit der Maus" ħadu gost ħafna jiskopru l-BĊE bħala parti minn avveniment ta' "bibien miftuħa" madwar il-pajjiż. It-tfal u l-familji tagħhom ħadu sehem f'attivitajiet divertenti u sar jafu dwar il-BĊE, l-euro u l-UE.
Ritratti tal-avvenimentSkopri iktar (bil-Ġermaniż)
Kompetizzjoni ta’ ekonomisti żgħażagħ fil-forum tal-BĊE
Inti student tal-PhD fl-ekonomija jew il-finanzji? Tixtieq tippreżenta r-riċerka tiegħek lil min ifassal il-politika u akkademiċi ta’ livell għoli? Applika għall-kompetizzjoni tagħna tal-ekonomisti żgħażagħ u irbaħ vjaġġ għall Forum tal-BĊE dwar il-Banek Ċentrali f’Sintra, il-Portugall – ir-rebbieħ finali jirċivievi premju ta’ €10,000.
Skopri iżjed dwar il-kompetizzjoniSkopri iżjed dwar il-Forum tal-BĊE dwar il-Banek Ċentrali
Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ

Għandek mistoqsijiet li tixtieq titlob lill-mexxejja tal-BĊE? Segwi t-taħdidiet regolari tagħna dwar suġġetti differenti organizzati onlajn u madwar l-Ewropa.
Ingħaqad fit-taħdita Skopri d-Djalogi taż-Żgħażagħ dwar is-suġġetti tas-superviżjoni bankarja
Konkors Ġenerazzjoni tal-€uro
_280x180.jpg)
Tinteressa ruħek fl-ekonomija? Tixtieq issir taf aktar dwar il-BĊE u l-politika monetarja? Mela idħol għall-Konkors Ġenerazzjoni tal-€uro, kompetizzjoni miftuħa għal timijiet ta’ studenti minn skejjel sekondarji fiż-żona tal-euro.
Ingħaqad magħna!

Żomm ruħek aġġornat mal-inizjattivi għaż-żgħażagħ tagħna! Jekk tixtieq tirċievi informazzjoni dwar inizjattivi futuri tal-BĊE dwar l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ,jekk jogħġbok abbona fil-lista postali tagħna.