Kompetizzjoni BĊE-QuizClash #EUROat20
Bejn it-18 ta’ Frar u l-10 ta' Marzu 2019, ħdmina ma’ QuizClash biex iniedu kompetizzjoni speċjali għar-residenti kollha tal-Unjoni biex nimmarkaw l-20 anniversarju tal-euro.
Aktar minn 1.6 miljun parteċipant madwar l-Unjoni Ewropea kkompetew kontra xulxin f’sitt sessjonijiet ta’ tliet mistoqsijiet.
Prosit lil dawk kollha li rrispondew tajjeb id-domandi kollha, kollha intom esperti vera tal-euro! Minn fost dawn ir-rebbieħa tal-euro aħna għażilna 30 rebbieħ, li ġew ikkuntattjati biex jagħżlu l-premju tagħhom (jew iPad Pro jew Interrail Global Pass).
lista ta’ rebbieħaGrazzi ħafna lil dawk kollha li pparteċipaw fil-kompetizzjoni u awguri lir-rebbieħa!
Kont taf ...?
35% tal-parteċipanti ħasbu li l-Bank Ċentrali Ewropew jinsab fi Strasburgu.
Fil-fatt, Strasburgu huwa s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew! Aħna qegħdin fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja.
Segwi l-kont Instagram tagħna biex tirċievi l-awguri ta’ filgħodu tagħna mill-uffiċċji tagħna li li jagħtu fuq il-veduta mill-għoli ta’ Frankfurt.
Proporzjon sinifikanti ta’ parteċipanti ħasbu li l-BĊE jista’ jiffinanzja l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE.
Dan mhux veru –aħna istituzzjoni indipendenti. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprojbixxi lill-BĊE milli jislef lill-istituzzjonijiet tal-UE jew lis-settur pubbliku. Dan iħares lill-Eurosistema minn kwalunkwe influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi.
Aqra iktar dwar l-indipendenza tal-BĊEWaħda mir-responsabbiltajiet ewlieni tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
85% tal-parteċipanti dan kienu jafuh! Il-BĊE jippreserva l-istabbiltà tal-prezzijiet billi jikkontrolla kemm qed jiċċirkolaw flus fl-ekonomija, u billi jiffissa r-rati tal-imgħax. Joqgħod attent għall-prezzijiet għall-oġġetti u s-servizzi biex jivverifika li mhumiex qed jogħlew wisq. B'dan il-mod, in-nies jistgħu jixtru ammonti simili bl-euro għada kif jagħmlu llum.
Għaliex prezzijiet stabbli huma importanti?Aħna ħadna responsabbiltajiet ta’ superviżjoni bankarja f'Novembru 2014 – mhux f'Jannar 2002
Kważi nofs il-parteċipanti tal-kwizz #EUROat20 tħawwdu dwar dawn iż-żewġ dati!
Jannar 2002 kien tassew data ewlenija fl-istorja tagħna: dan meta l-ewwel karti tal-flus u muniti euro daħlu fiċ-ċirkolazzjoni.
Imma kien f'Novembru 2014 li l-BĊE ħa r-responsabbiltà li jissorvelja l-banek Ewropej. Il-kriżi finanzjarja wriet kemm il-problemi fis-settur finanzjarju jistgħu jinfirxu malajr u bil-qawwa – l-aktar f'unjoni monetarja – u kif dawn il-problemi jistgħu jolqtu direttament lin-nies fiż-żona tal-euro kollha kemm hi. F’dan il-kuntest, l-għan tal-BĊE huwa li jerġa’ jibni l-fiduċja fis-settur bankarju ta’ l-UE u jżid ir-reżiljenza tal-banek.
Ħarsa lejn is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊENixtiequ nirringrazzjaw lil Valentin Hasner, Constantin Weiß, Heinrich Westphalen, Annika Schwarz u Sarah Christina Zuellig (studenti tal-Klassi tal-Baċellerat fil-Ġestjoni tal-Midja u l-Komunikazzjoni tal-2018, mgħallma minn Dr Eliane Bucher u Dr Markus Will, fl-Università ta’ St. Gallen, l-Isvizzera) li ssuġġerew din il-kompetizzjoni.