Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE
MINĦABBA L-INĊERTEZZA FIR-RIGWARD TAL-ORGANIZZAZZJONI TA’ AVVENIMENTI PUBBLIĊI FUQ SKALA KBIRA FIX-XHUR LI ĠEJJIN, IL-BĊE U N-NARODOWY BANK POLSKI DDEĊIDEW LI JIPPOSPONU L-ĠRANET KULTURALI EWROPEJ TAL-BĊE MAL-POLONJA BĦALA L-PAJJIŻ INVOLUT SAL-2021.
Fil-frattemp, nisperaw li tieħdu pjaċir b'dan il-vidjow ta' uħud mill-mumenti ewlenin tal-avvenimenti tal-Jiem Kulturali tas-snin li għaddew.
Nisperaw li ma ndumux ma narawkom għal darb'oħra fl-avvenimenti tal-Jiem Kulturali fl-2021.
Dwar il-Jiem Kulturali
L-Unjoni Ewropea hija magħġuna b’ideali u valuri komuni, filwaqt li tħaddan ukoll varjetà għanja ta’ kulturi msawrin mit-tradizzjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni individwali. Il-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE jipprovdu opportunità biex niċċelebraw din “l-unità fid-diversità”.
Kull sena, il-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE jkunu ddedikati lil wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Lejn tmiem is-sena, Frankfurt am Main toffri sfond għal bosta preżentazzjonijiet artistiċi ta’ livell għoli li jvarjaw minn mużika, żfin u teatru sa seminars dwar l-arti u wirjiet, avvenimenti letterarji u films, kif ukoll attivitajiet għat-tfal. Il-Bank Ċentrali Ewropew jorganizza l-Jiem Kulturali flimkien mal-bank ċentrali tal-pajjiż magħżul, bl-għajnuna ta’ bosta istituzzjonijiet oħra li għandhom għal qalbhom it-tixrid tal-arti u l-kultura Ewropea.
Niċċelebraw l-Ewropa 2019

Il-Jiem Kulturali Ewropej 2019 tagħna kienu ddedikati għall-identità komuni Ewropej biex niċċelebraw anniversarju speċjali ħafna: 20 sena mill-introduzzjoni tal-munita unika tagħna – l-euro.
Biex nimmarkaw l-okkażjoni, programm tassew Ewropew wera xi wħud mill-iktar biċċiet ta’ mużika maħbuba sew ta’ kompożituri Ewropej, li jdoqquha mużiċisti ta' klassi dinjija minn pajjiżi madwar il-kontinent kollu tagħna.
Ritratti tal-avveniment

Niċċelebraw l-Ewropa 2019

Litwanja 2018
L-Ungerija 2005
il-Polona 2004
Il-Portugall 2003
