European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-paġna fiha informazzjoni iżjed aġġornata.

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-pagi, il-qgħad u l-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u l-BĊE jipproduċu projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u l-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba' darbiet fis-sena (f'Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru).

Ġunju 2023
Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni għandha tkompli tonqos matul l-2023, immexxija minn tnaqqis fl-inflazzjoni tal-enerġija u tal-ikel. Hekk kif il-pressjonijiet tal-kostijiet jonqsu u l-miżuri tal-politika monetarja tal-BĊE jidħlu fis-seħħ gradwalment, l-inflazzjoni għandha tonqos minn 5.4 % din is-sena għal 3.0 % fl-2024 u għal 2.2 % fl-2025.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

Hekk kif l-inflazzjoni tonqos, id-dħul tal-unitajiet domestiċi jirkupra u d-domanda barranija tissaħħaħ, it-tkabbir reali tal-PDG se jiżdied fit-trimestri li ġejjin. Minkejja l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti, l-ekonomija taż-żona tal-euro għandha tikber b’0.9 % fl-2023, u b’1.5 % fl-2024 u b’1.6% fl-2025.

Aktar

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet attwali u mgħoddija

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Projezzjonijiet mgħoddija għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima