Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Mistoqsijiet komuni dwar il-flus kontanti

Nista’ nittieħed mill-koronavirus mill-karti tal-flus?

L-ammont tal-virus li jista’ jiġi ttrasferit huwa tant żgħir li r-riskju ta’ infezzjoni huwa insinifikanti meta mqabbel ma’ dak minn uċuħ oħra li n-nies jiġu f'kuntatt magħhom ta’ kuljum. Il-BĊE qed jaħdem mill-qrib mal-laboratorji Ewropej biex jivvaluta l-imġiba tal-koronavirus fuq uċuħ differenti sabiex inkunu nistgħu niżguraw li l-immaniġġjar tal-flus jibqa’ kemm jista’ jkun sikur. Jekk jogħġbok aqra l-blog post tagħna għal aktar informazzjoni.

Il-flus kontanti ser jisparixxu fil-futur qrib?

Le. Il-flus kontanti se jibqgħu l-mezz ta’ ħlas awtomatiku għall-futur prevedibbli. Il-flus kontanti jġorru valur, jistgħu jiġu awtentikati b'mod affidabbli u huma distingwibbli mill-flus foloz, u ma jeħtieġu l-ebda parti terza biex tissalda l-ħlas. L-ebda strument ta’ ħlas ieħor ma jinkludi dawn it-tliet elementi b’mod daqstant effikaċi milli l-flus kontanti.

Iż-żieda fil-pagamenti mingħajr kuntatt ser tagħmel il-flus kontanti obsoleti?

Le. Il-karatteristiċi uniċi jiżguraw li ser jibqgħu rilevanti fil-futur. Mezzi diġitali ta’ ħlas jistgħu jkunu konvenjenti għal ħafna nies, iżda ma jaqblux ma' kulħadd. Il-ħlasijiet mingħajr kuntatt ma jissostitwixxux flus kontanti bħala strument ta’ ħlas, iżda minflok se jeżistu flimkien ma' flus kontanti.

Il-bejjiegħa bl-imnut jitħallew jirrifjutaw il-flus kontanti bħala mezz ta’ ħlas?

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rakkomandazzjoni (2010/191/UE), ibbażata fuq rapport mill-Grupp ta’ Esperti tal-Euro bħala Valuta Legali, li tiddikjara dan li ġej fir-rigward tal-obbligu li jiġu aċċettati l-flus kontanti.

  • Il-bejjiegħa bl-imnut ma jistgħux jirrifjutaw ħlasijiet fi flus kontanti sakemm iż-żewġ partijiet ma jkunux qabli li jużaw mezz differenti ta’ ħlas.
  • Li turi tikketta jew posters li jindikaw li l-bejjiegħ bl-imnut jirrifjuta ħlasijiet fi flus kontanti, jew ħlasijiet magħmula f’ċerti denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus, mhuwiex biżżejjed. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jipprovdi skuża leġittima, bħal diffikultà biex iżomm riżervi ta’ flus suffiċjenti biex jagħti l-bqija jew riskji konkreti ta’ sigurtà fiżika minħabba l-preżenza ta’ ammonti kbar ta' flus kontanti.
  • Entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi essenzjali liċ-ċittadini ma jistgħux japplikaw restrizzjonijiet jew jirrifjutaw ħlasijiet ta’ flus kontanti għalkollox mingħajr raġuni suffiċjenti. Jekk jiġri hekk dan idgħajjef l-istatus tal-valuta legali tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro protetti mid-dritt tal-UE.

Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom kompetenzi fuq karti tal-flus u muniti?

Iva. Il-kompetenza għall-karti tal-flus tal-euro hija tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema B’kuntrast, il-kompetenza għall-ħruġ tal-muniti tal-euro hija tal-Istati Membri individwali, għalkemm il-BĊE japprova l-volum tal-muniti li l-Istati Membri jistgħu joħorġu. Il-banek ċentrali nazzjonali kollha huma involuti fil-loġistika tal-provvista tal-muniti u l-ħażna tal-istokkijiet ta’ riżerva.

Bank kummerċjali għandu l-kompetenza li jiddetermina jekk karta tal-flus hijiex iffalsifikata?

Le. Jekk bank kummerċjali jkollu dubji dwar l-awtentiċità ta’ karta tal-flus tal-euro dan jgħaddiha lill-bank ċentrali nazzjonali (jew ċentru ta’ analiżi nazzjonali kompetenti), li jieħu d-deċiżjoni finali dwar jekk nota hijiex vera jew le.

Hemm karti tal-flus differenti tal-istess valur, pereżempju żewġ karti tal-flus ta’ € 20?

Iva. L-ewwel sensiela (€5 sa €500) ta’ karti tal-flus euro inħarġet fl-2002 u tibqa’ valuta legali. Bejn l-2013 u l-2019 il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema introduċew it-tieni sensiela (magħrufa wkoll bħala s-sensiela Europa) ta’ karti tal-flus tal-euro li jvarjaw minn €5 sa €200 (il-karta tal-flus ta’ €500 m’għadhiex tinħareġ). Id-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus individwali tal-ewwel u t-tieni sensiela għandhom l-istess valur.

Nista’ nittieħed mill-koronavirus mill-karti tal-flus?

L-ammont tal-virus li jista’ jiġi ttrasferit huwa tant żgħir li r-riskju ta’ infezzjoni huwa insinifikanti meta mqabbel ma’ dak minn uċuħ oħra li n-nies jiġu f'kuntatt magħhom ta’ kuljum. Il-BĊE qed jaħdem mill-qrib mal-laboratorji Ewropej biex jivvaluta l-imġiba tal-koronavirus fuq uċuħ differenti sabiex inkunu nistgħu niżguraw li l-immaniġġjar tal-flus jibqa’ kemm jista jkun sikur. Jekk jogħġbok aqra l-blog post tagħna għal aktar informazzjoni.