European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Żurna

Grazzi tal-interess tiegħek fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Nixtiequ ninfurmawk li, minħabba d-domanda għolja attwali għal żjarat u lectures, ma nistgħux naċċettaw iktar prenotazzjonijiet sal-aħħar ta' April 2024. Nirringrazzjawk li tifhimna u nittamaw li nkunu nistgħu nilqgħuk fil-BĊE, kemm fuq il-post kif ukoll virtwalment, dalwaqt.

Aħna nistinkaw biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha

Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE jinsab fil-bini ewlieni tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Meta żżurna tkun tista' titgħallem aktar dwar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-BĊE b’mod interattiv u tifhem aħjar kif id-deċiżjonijiet tagħna jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Għaliex huwa importanti li l-prezzijiet jibqgħu stabbli u xi jfisser dan għall-poter tal-akkwist tiegħek? Kif inkunu żguri li t-tfaddil tiegħek huwa sigur fil-bank? X’inhuma l-kisbiet ewlenin tal-euro?

Interessat li tkun taf aktar? Agħti ħarsa lejn l-attivitajiet taċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE hawn taħt!

Attivitajiet fuq il-post

Żjarat fuq il-post

Żjarat fuq il-post jagħtu ħarsa ġenerali lejn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-BĊE. Dawn iż-żjarat fuq il-post ta’ 90 minuta ospitati mill-persunal tal-BĊE jinkludu elementi interattivi, filmati u sessjonijiet ta’ Q&A. Iż-żjarat tagħna fuq il-post huma b’xejn.

Staqsi għal żjara fuq il-post

Lekċers esperti fuq il-post

Il-lekċers esperti fuq il-post dwar suġġetti speċifiċi (il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers esperti tagħna ta’ 90 minuta huma b’xejn u disponibbli għal gruppi ta' 15 jew aktar. 

Staqsi għal lekċer fuq il-post

Attivitajiet virtwali

Preżentazzjonijiet virtwali taċ-Ċentru għall-Viżitaturi

Il-preżentazzjonijiet virtwali ta’ 75 minuta taċ-Ċentru għall-Viżitaturi jagħtu ħarsa ġenerali lejn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-BĊE u jinkludu sessjoni Q&A. Il-preżentazzjonijiet online tagħna taċ-Ċentru għall-Viżitaturi huma bla ħlas.

Staqsi għal preżentazzjoni virtwali

Lekċers virtwali esperti

Il-lekċers virtwali esperti dwar suġġetti speċifiċi (il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers esperti tagħna ta’ 75 minuta huma b’xejn.

Staqsi għal lekċer virtwali

Żjara virtwali 

Agħmel żjara virtwali u esplora ċ-Ċentru tal-Visitaturi tagħna tkun fejn tkun fid-dinja! Jekk għandek sett tal-VR, ilbsu għal esperjenza dejjem iktar koinvolġenti! 


Agħmel iż-żjara virtwali
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Ara ċ-Ċentru għall-Viżitaturi tagħna

Iftaħ il-gallerija tagħna

Qabel ma tissieħeb...

Aqra r-regoli interni tagħna

Informazzjoni utli

Kif tilħaqna u fejn issibna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima