Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊE

Bħala istituzzjoni Ewropea, għandna rwol fil-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Sabiex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nnaqqsu l-impronta tal-karbonju kemm jista' jkun, adottajna politika ambjentali fl-2007 u ġejna rreġistrati mal-Iskema Ewropea għall-Ġestjoni u l-Verifika Ekoloġika (EMAS) sa mill-2010.

2018
Stqarrija ambjentali

Mill-2008, aħna

naqqasna l-emissjonijiet tal-karbonju għal kull post tax-xogħol b'69%

naqqasna l-konsum tal-enerġija tagħna għal kull post tax-xogħol b'54%

naqqasna l-konsum tal-karti tal-uffiċċju tagħna għal kull post tax-xogħol b'48%

Fl-2018 aħna:

tejjibna l-għodod ta' laqgħat onlajn tagħna biex innaqqsu l-impronta tal-ivvjaġġar

naqqasna l-iskart tal-plastik billi ssostitwejna madwar 2,500 tazza li jintremew wara użu ta' darba kuljum b'tazzi taċ-ċeramika li jistgħu jerġgħu jintużaw

tejjibna l-bijodiversità billi installajna xeltrijiet barra għall-għasafar, għall-friefet il-lejl u għall-insetti

Ħarsien ambjentali
fil-BĊE

Tagħrif ieħor
dwar il-protezzjoni ambjentali fil-BĊE u f'istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea

Politika ambjentali

Din il-politika tipprovdi sett ċar ta' miżuri li jgħinuna ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nimminimizzaw l-impronta ekoloġika tagħna.

Il-karatteristiċi tal-iffrankar tal-enerġija tal-bini ewlieni tagħna

Kun af kif nirriċiklaw l-enerġija, is-sħana u l-ilma tax-xita tagħna biex l-iskyscraper tagħna jirrispetta l-ambjent kemm jista' jkun.

Kollaborazzjoni interistituzzjonali

Tgħallem iktar dwar kif l-istituzzjonijiet Ewropej li huma rreġistrati mal-EMAS jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-impronta ekoloġika tagħhom.

Ħarġiet preċedenti