Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ
Nafu li d-deċiżjonijiet li nieħdu jista' jkollhom impatt fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum. Huwa għalhekk li rridu niżguraw li, minflok sempliċement tisimgħu dwarna u x'nagħmlu, għandek iċ-ċans li titkellmu magħna direttament.Id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ jagħtik l-opportunità li tagħmel proprju dan. Aħna norganizzaw avvenimenti fl-Ewropa kollha – anki onlajn – li jipprovdulek kuntatt dirett ma’ dawk li jfasslu l-politika tal-BĊE biex tkun tista' tistaqsi dak li trid u taqsam il-fehmiet tiegħek magħna.
Staqsi lil Christine Lagarde fl-Avveniment Ewropew għaż-Żgħażagħ, Mejju 2020

Iż-Żgħażagħ Ewropej staqsew lill-President Lagarde l-mistoqsijiet tagħhom dwar ir-rispons tal-BĊE għall-emerġenza pandemika tal-koronavirus fi djalogu onlajn maż-żgħażagħ. L-avveniment ġie organizzat flimkien mal-Parlament Ewropew bħala parti mill-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2020 u seħħ fis-27 ta’ Mejju 2020.
Il-parteċipanti bagħtu wkoll mistoqsijiet dwar it-tħassib tagħhom għall-karrieri tagħhom, il-futur tal-Ewropa, id-diġitalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima. Dawn huma l-punti prinċipali mid-diskuzzjoni!
Il-ħsibijiet tal-President Lagarde...
Ara l-avveniment sħiħ
Ġrajjiet tal-imgħoddi
Aktar minn 5000 student, minn għaxar pajjiżi differenti madwar iż-żona tal-euro, ipparteċipaw fit-tmien edizzjoni tal-Premju Generation €uro Students’ – kompetizzjoni li toħloq sfida bejn timijiet ta’ studenti minn skejjel taż-żona tal-euro biex jissuġġerixxu soluzzjonijiet ta’ suċċess għal kwistjonijiet ta’ politika monetarja Ewropea. Il-BĊE stieden timijiet li kellhom suċċess fi Frankfurt fit-8 ta’ Mejju 2019 biex jiskopru iktar dwar il-bank ċentrali, u biex jiltaqgħu mal-eks President Draghi għal sessjoni ta’ Q&A.
Dan hu eżempju kif Mario Dragi rrisponda d-domandi tal-istudenti!
X’qal...
Ara l-Q&A bejn il-President Draghi u t-timijiet li kisbu suċċess mill-Premju Generation €uro Students billi ssegwi l-links hawn taħt.
Il-BĊE għamel is-sitt Djalogu maż-Żgħażagħ li seħħ bi sħubija mal-Universtà Bocconi u Debating Europe – pjattaforma onlajn fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiddiskutu suġġetti attwali mal-mexxejja tal-Ewropa. Fit-13 ta’ Marzu 2019, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE Benoît Cœuré ltaqa’ ma' studenti biex jiddiskutu l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ Ewropej illum. Qabel l-avveniment, aħna tlabnikom għall-mistoqsijiet tagħkom għal Benoît Coeuré permezz ta’ Twitter jew billi jsiru kummenti fuq il-pjattaforma Debating Europe. Żidna għażla ta’ dawn il-mistoqsijiet fid-dibattitu dirett.
Hawn tista' tieħu idea tad-diskussjoni!
Ara l-iskambju ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar dawn u temi oħra bejn Benoît Cœuré u studenti tal-Università ta’ Bocconi.
It-tielet Djalogu maż-Żgħażagħ seħħ bi sħubija ma' Debating Europe – pjattaforma onlajn fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiddiskutu suġġetti attwali mal-mexxejja tal-Ewropa.
Mis-17 sat-23 ta' Jannar 2018, tlabnikom tibagħtu mistoqsijiet għall-President Draghi, permezz ta' Twitter u Facebook, dwar xi wieħed mis-suġġetti li ġejjin:
- L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
- kriptovaluti u blockchain
- il-possibbiltà ta' kriżi ekonomika globali ġdida
Ara t-tweġibiet li ta l-President Draghi għal xi wħud mill-mistoqsijiet li rċevejna u agħti ħarsa lejn id-dibattitu fuq il-kanali tal-midja soċjali tagħna!
L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
L-ekonomija Ewropea ilha tespandi kontinwament għal bosta snin u l-impjieg hu ogħla minn qatt qabel, iżda rridu nibqgħu ntejbu s-sitwazzjoni u niżguraw li kulħadd igawdi l-benefiċċji.
L-Ewropa meta se tirkupra għalkollox mir-reċessjoni li laqtitha?
Ismail, Italja
Immaginaw li l-intelliġenza artifiċjali u r-robots jikkawżaw qgħad massiv (fost iż-żgħażagħ). Il-BĊE kif jirreaġixxi?
Jan, BelġjuBlockchain u kriptovaluti
Blockchain hi teknoloġija innovattiva li tista' ttejjeb l-effiċjenza. Qed inqisu jekk tkunx tista' tintuża fis-servizzi tagħna stess fil-futur. Dwar il-bitcoin u jekk għandkomx tafdawha, il-President Draghi jagħti parir li noqogħdu attenti, billi ma hi appoġġata minn ebda bank ċentrali jew gvern, u qal ukoll li mhux kompitu tal-BĊE li jirregolaha.
Kieku kont student universitarju żagħżugħ bħali, kont tixtri ftit bitcoin u żżommha għas-sikurezza?
Italo, ItaljaKriżi ekonomika globali
L-aħħar kriżi kienet severa, iżda issa l-agħar għadda. Il-pajjiżi Ewropej daħlu fil-kriżi b'dgħufijiet kbar ħafna u ma' setgħux jirreaġixxu b'mod adegwat. Illum, sar progress sinifikanti f'ħafna oqsma, u dan saħħaħna għall-futur.
Taħseb li l-UE u l-BĊE se jkunu jistgħu jagħmlu biżżejjed riformi biex ikunu jistgħu jlaħqu ma' kriżi ekonomika kbira oħra, qabel ma sseħħ il-kriżi li jmiss?
Christiaan, OlandaTagħrif ieħor
Trid tkun taf aktar dwar is-suġġetti ta' dan id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ? Agħti titwila lejn il-paġni li ġejjin!
- Economic recovery and the new phase of monetary policy (Diskors ta' Vítor Constâncio, Viċi President tal-BĊE, waqt il-Konferenza tal-Ftuħ ta' "The 20th Euro Finance Week", Frankfurt am Main, 13 ta' Novembru 2017)
- Sustaining openness in a dynamic global economy (Diskors ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, waqt l-" Economic Policy Symposium of the Federal Reserve Bank" li sar f'Kansas City, Jackson Hole, 25 ta' Awwissu 2017)
- Virtwali or jew bla virtù? L-evoluzzjoni tal-flus fl-era diġitali (Lekċer minn Yves Mersch, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, Forum Uffiċjali dwar Monetarji u Finanzi Finanzjarji, Londra, 8 ta' Frar 2018)
- Kif tista' t-teknoloġija l-ġdida tittrasforma s-swieq finanzjarji? (Spjegazzjoni tal-BĊE)
- Bitcoin, il-flus tal-futur? (Il-vidjo rebbieħ mill-Euro Video Challenge 2017, prodott minn Jason Halbgewachs u Michiel van Aarnhem)
- Youth unemployment in the euro area (Diskors ewlieni ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, għal Henry Grattan Lecture Series fi Trinity College, Dublin, 22 ta' Settembru 2017)
- Accompanying the economic recovery (Diskors ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, waqt il-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali, Sintra, 27 ta' Ġunju 2017)

Il-President Mario Draghi ltaqa' ma' ċittadini żgħażagħ Ewropej nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru 2017, fi Trinity College Dublin.
L-avveniment ġie organizzat bi sħubija mas-Central Bank of Ireland u Trinity College Dublin.
Il-blockchain se jkollu rwol fil-futur? Il-potenzjal ta' bżieżaq tal-prezzijiet tad-djar hu kawża ta' tħassib kontinwu għall-Kunsill Governattiv? Sa fejn il-gwida għall-ġejjieni u komunikazzjoni ċara huma meqjusa bħala komponent ewlieni tal-banek ċentrali moderni?
Ara l-iskambju ta' mistoqsijiet u tweġibiet dwar dawn u suġġetti oħra bejn il-President Draghi u studenti tal-ekonomija minn Trinity College Dublin.

Il-President Mario Draghi ospita l-ewwel Djalogu maż-Żgħażagħ tal-BĊE f'Lisbona organizzat fi sħubija mal-Banco de Portugal u l-ISEG - L-Iskola ta' Liżbona ta' l-Ekonomija u l-Ġestjoni.
Esplora d-diskussjoni dwar it-tifsira tal- innovazzjoni u l-produttività għaż-żgħażagħ.
