Arti u kultura fil-BĊE
L-Unjoni Ewropea tospita firxa kbira u varjata ta' kulturi, magħmula mit-tradizzjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni individwali. Fil-BĊE aħna impenjati li nippromwovu din il-varjetà ta' arti u kultura permezz tal-avvenimenti u l-inizjattivi tagħna.
Esplora l-kollezzjoni tal-arti tagħna bl-App ECB Art il-ġdida
Tista’ tniżżel l-App ECB Art il-ġdida tagħna fuq is-smartphone jew tablet tiegħek u ara l-kollezzjoni mill-kumdità ta’ darek. L-app fiha informazzjoni dwar varjetà ta’ arti u arkitettura, kif ukoll vidjows esklussivi wara l-kwinti u intervisti ma' artisti u membri tal-persunal tal-BĊE.
App għall-Google Play StoreApp għall-Apple App StoreKollezzjoni ta' arti tal-BĊEJiem Kulturali
Il-Jiem Kulturali tal-BĊE jipprovdu opportunità biex niċċelebraw “l-unità fid-diversità” tal-Ewropa. Kull sena, huma jiffukaw fuq Stat Membru differenti tal-Unjoni Ewropea. Il-Jiem Kulturali Ewropej 2019 tagħna se jkunu ddedikati għall-identità komuni tal-Ewropa.
Tagħrif ieħorLuminale 2018
Kellna l-pjaċir nieħdu sehem fil-Luminale tal-2018 bit-tibdil tal-faċċata tat-tramuntana tal-Grossmarkthalle storiku tagħna f'gallerija ta' arti animata tat-triq. Mit-18 sat-23 ta' Marzu l-bini tagħna nkesa b'kulur u moviment minn Urbanscreen, kumpanija artistika kollettiva u kreattiva minn Bremen, u Andreas Preis, illustratur magħruf li bħalissa jgħix u jaħdem f'Berlin.
Kif tħejjew l-affarijiet u intervisti mal-artisti Ritratti tal-avveniment Iktar fuq il-Luminale