European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kontra l-iffalsifikar

Il-karti tal-flus ta’ l-euro jiġu magħmula permezz ta’ teknoloġija sofistikata ta’ l-istampar. Għandhom ukoll għadd ta' karatteristiċi ta' sigurtà li jispikkaw, u li jagħmluha faċli biex jingħarfu mill-flus foloz mingħajr l-użu ta' tagħmir speċjali; dawn il-karatteristiċi jservu bħala deterrent għall-falsarji.

Ċentru għall-Analiżi tal-Flus foloz

Il-BĊE jissorvelja mill-qrib l-avvanzi fit-teknoloġija ta' l-istampar u r-riproduzzjoni, kif ukoll l-għadd ta' flus foloz li jinqabdu. Il-flus foloz jiġu analizzati mill-banek ċentrali taż-żona ta' l-euro u miċ-Ċentru tal-BĊE għall-Analiżi tal-Flus Foloz, li jikkoordina l-informazzjoni teknika u statistika dwar il-flus foloz. L-informazzjoni maħżuna fid-dejtabejż taċ-ċentru hi disponibbli għall-forzi nazzjonali tal-pulizija u għal korpi oħra involuti fil-ġlieda kontra l-iffalsifkar. Il-BĊE jaħdem ukoll mill-qrib ma' l-Europol (l-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropea), li nħatar bħala l-uffiċċju ċentrali għall-koordinazzjoni tal-ħarsien ta' l-euro, kif ukoll ma' l-Interpol (l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija kontra l-Kriminalità) u l-Kummissjoni Ewropea.

Prevenzjoni ta' l-użu illegali ta' xbihat diġitali tal-karti tal-flus

Teknoloġiji kontra l-iffalsifikar, sostnuti mill-Grupp Maħtur mill-Banek Ċentrali biex Jostakola l-Iffalsifikar tal-flus(CBCDG) li jinkludi 10 fost l-akbar awtoritajiet li joħorġu l-flus, jostakolaw l-iffalsifikar diġitali u, waqt li jostakolaw il-produzzjoni tal-karti tal-flus foloz, inaqqsu t-telf għall-individwi u għan-negozju li jistgħu jirċevuhom. Is-sistema li tostakola l-iffalsifikar tal-flus tikkonsisti f'teknoloġiji kontra l-iffalsifikar li ma jippermettux li kompjuters personali u tagħmir li jirriproduċi xbihat diġitali jipproċessaw jew jikkupjaw ix-xbiha ta’ karta tal-flus protetta. Din ma tippermettix ir-riproduzzjoni ta' karti tal-flus li mhix awtorizzata. Madankollu, għal raġunijiet leġittimi, xbihat b'riżoluzzjoni għolja tal-karti tal-flus jistgħu jinkisbu mill-BĊE.

Biex tinżamm u titjieb l-integrità ta' l-euro bħala munita globali, il-BĊE jimmaniġġja, jikkoordina u jiffinanzja attivitajiet ta' riċerka u żvilupp dwar il-karti tal-flus ukoll.