Affarijiet internazzjonali

Interessi ewlenin

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa istituzzjoni ewlenija fl-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali. Huwa jmexxi l-politika monetarja taż-żona tal-euro. Flimkien mal-banek ċentrali tal-pajjiżi li adottaw l-euro, huwa jifforma l-Eurosistema. Huwa jawtorizza l-ħruġ tat-tieni munita li tintuża l-aktar fid-dinja.

Iż-żona tal-euro hija parti integrali mill-ekonomija dinjija. Il-prosperità u l-prospetti taż-żona tal-euro jiddependu mill-ambjent internazzjonali. Għalhekk huwa essenzjali li wieħed jifhem tajjeb l-ekonomija dinjija biex jifformola politika ekonomika għaż-żona tal-euro li tissalvagwarda l-istabbiltà finanzjarja u tiffavorixxi l-prosperità. L-iżviluppi u l-linji politiċi ekonomiċi fiż-żona tal-euro jistgħu, min-naħa tagħhom, jaffettwaw l-ekonomija dinjija, ngħidu aħna permezz tal-kummerċ, ir-rati tal-imgħax, il-flussi ta' kapital u r-rati tal-kambju.

Il-BĊE għandu sehem partikolarment influwenti fid-dinja billi huwa l-bank ċentrali tat-tieni ekonomija tad-dinja fid-daqs u parti mill-Eurosistema, u joħroġ it-tieni munita li tintuża l-aktar fil-qasam internazzjonali.

Ġrajjiet ewlenin