Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li għandha d-diskrezzjoni tuża l-istrumenti tagħha skont il-ħtieġa biex twettaq il-kompiti u tissodisfa l-mandat tagħha. Ir-responsabbiltà hija l-kontroparti meħtieġa għal din l-indipendenza.
Il-BĊE jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu u r-raġunament għalihom liċ-ċittadini tal-UE u r-rappreżentanti eletti tagħhom. Min-naħa tagħhom, iċ-ċittadini jistgħu jiġġudikaw il-prestazzjoni tal-BĊE mal-għanijiet tiegħu, li huma speċifikati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
GħanijietIl-qafas tar-responsabbiltajiet tagħna
It-Trattat jipprovdi li l-BĊE huwa primarjament responsabbli lejn il-Parlament Ewropew li jirrappreżenta ċ-ċittadini Ewropej, iżda jrid jagħti wkoll rendikont regolarment lill-Kunsill tal-UE, li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Dan huwa rifless ukoll fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).
Il-BĊE żviluppa qafas b’saħħtu u komprensiv ta’ responsabbiltajiet matul is-snin, li jmur lil hinn mir-rekwiżiti tat-Trattat.
Laqgħat u skambji ta’ opinjonijiet | Il-President tal-BĊE jieħu sehem f’laqgħat tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew li jsiru kull tliet xhur. Membri oħra tal-Bord Eżekuttiv ukoll jieħdu sehem f’laqgħat ta’ dan il-Kumitat biex ifissru r-raġunament u d-deċiżjonijiet tal-BĊE fuq suġġetti speċifiċi. Webcasts: seduti ta' smigħ tal-Parlament Ewropew |
---|---|
Mistoqsijiet bil-miktub | Il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub lill-BĊE. Ittri lill-MEPs |
Rapport Annwali | Il-BĊE jibgħat rapport annwali fuq il-kompiti tiegħu, l-attivitajiet tas-SEBĊ u l-politika monetarja tal-Eurosistema lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Dan ir-rapport jiġi ppreżentat kull sena lill-Parlament Ewropew mill-Viċi President tal-BĊE f’sessjoni speċjali tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u mill-President tal-BĊE waqt dibattitu f’sessjoni plenarja. Il-kontijiet annwali tal-BĊE huma parti mir-rapport annwali. Aqra l-aħħar Rapport Annwali tagħna |
Is-Superviżjoni Bankarja u r-responsabbiltà tal-BĊE
Ir-responsabbiltà tal-BĊE għall-kompiti tiegħu tas-superviżjoni bankarja hija suġġetta għal reġim speċifiku stabbilit fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
Il-mod li bih għandhom jitwettqu fil-prattika r-rekwiżiti tar-responsabbiltà superviżorja huwa mfisser fi:
- Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE
- Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kunsill tal-UE u l-BĊE
Mezzi oħra ta’ tagħrif
Waqt li jibni fuq ir-rekwiżiti tat-Trattat u jmur lil hinn minnhom, il-BĊE żviluppa mezzi oħra ta’ komunikazzjoni matul is-snin biex jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu trasparenti għall-pubbliku Ewropew u sabiex in-nies ikunu jistgħu jifhmuhom aħjar u jiġġudikawhom.
Bullettin Ekonomiku | Il-Bullettin Ekonomiku (li qabel kien magħruf bħala l-Bullettin tax-Xahar) jippreżenta tagħrif ekonomiku u monetarju li jifforma s-sisien tad-deċiżjonijiet tal-politika tal-Kunsill Governattiv. Din il-pubblikazzjoni toħroġ tmien darbiet fis-sena, ġimagħtejn wara l-laqgħat tal-politika monetarja. |
---|---|
Rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa | Ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema jipprovdi tagħrif fuq operazzjonijiet tal-politika monetarja, operazzjonijiet tal-kambju u attivitajiet tal-investiment. |
Konferenzi stampa | Il-BĊE jagħmel konferenzi stampa wara l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fuq il-politika monetarja. Dawn il-laqgħat jistabbilixxu r-rati tal-imgħax ewlenin għaż-żona tal-euro, i.e. kull sitt ġimgħat. |
Rapporti tal-politika monetarja | Il-kontijiet tal-politika monetarja tad-diskussjonijiet tal-Kunsill Governattiv jixxandru erba’ ġimgħat wara kull laqgħa tal-politika monetarja. |
Artikli, intervisti u diskorsi | Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jikkomunikaw regolarment mal-pubbliku permezz ta’ artikli, intervisti u diskorsi. Dawn jiġu pubblikati fil-websajt tal-BĊE. |