Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Novembru 2019

15 ta’ Novembru 2019

Operazzjonijiet tas-suq

Reviżjoni ta’ kull ħames snin tal-Ftehim fuq l-Assi Finanzjarji Netti

Fil-25 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Governattiv approva Ftehim fuq l-Assi Finanzjarji Netti (ANFA) rivedut. L-ANFA huwa ftehim bejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) taż-żona tal-euro u l-BĊE li jistabbilixxi regoli u limiti għal investimenti tal-politika mhux monetarja relatati mal-impenji nazzjonali tal-BĊN. ANFA jiġi rrivedut tal-inqas kull ħames snin. Ir-reviżjonijiet ta’ din is-sena huma prinċipalment limitati biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-ftehim mal-ambjent tal-politika monetarja ta’ eċċess ta’ likwidità għall-ġejjieni prevedibbli u biex jiġu introdotti l-irfinituri operattivi meħtieġa. L-ANFA rivedut jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Stabbiltà u superviżjoni finanzjarja

Ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja ta’ Novembru 2019

Fit-13 ta’ Novembru 2019 il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tal-”Financial Stability Review – November 2019” (Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja Novembru 2019), li jeżamina s-sorsi ewlenin tar-riskju u l-vulnerabbiltà għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro u jipprovdi analiżi komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro biex tassorbi l-iskossi. Il-ħarġa fiha żewġ artikoli ewlenin speċjali. L-ewwel wieħed huwa ddedikat għall-profittabilità u l-konsolidazzjoni tal-banek taż-żona tal-euro, it-tieni wieħed jivvaluta l-impronta sistemika tal-banek taż-żona tal-euro. Ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja ser jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE fl-20 ta’ Novembru 2019.

Infrastruttura tas-suq u pagamenti

Politiki dwar is-sigurtà tal-Informazzjoni aġġornata għat-TARGET2 u TARGET2-Securities

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Governattiv approva dokumentazzjoni aġġornata dwar politika ta' sigurtà ta’ informazzjoni għat-TARGET2 u TARGET2-Securities (T2S) li hija allinjata mal-verżjoni tal-2013 (aġġornament) tal-istandard ISO 27002 użata bħala bażi għar-rekwiżiti ta' sigurtà u kontrolli għat-TARGET2 u T2S . Għadaqstant, l-annessi emendati kif xieraq għad-dokumentazzjoni legali rilevanti, jiġifieri l-Ftehim Qafas T2S u l-Ftehim ta’ Parteċipazzjoni fil-Munita, għandhom ikunu disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE ladarba l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mad-depożitarji ċentrali ta’ titoli għal bidliet żgħar ta’ natura teknika jew operattiva fid-dokumentazzjoni legali T2S tkun tlestiet b’suċċess.

Pariri dwar il-leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fil-Ligi dwar Latvijas Banka

Fil-25 ta’ Ottubru 2019 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2019/36 wara talba tal-Budžeta un finanšu (nodokļu) komisija (Kummissjoni Baġit u Finanzi (Taxxa)) tas-Saeima (Parlament) tar-Repubblika tal-Latvja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro

Fil-30 ta' Ottubru 2019 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2019/37 wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

Opinjoni tal-BĊE dwar is-sigurtà tan-netwerk u sistemi ta’ informazzjoni fi Spanja

Fil-11 ta’ Novembru 2019 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2019/38 wara talba mill-Banco de España, f’isem is-Secretaría de Estado para el Avance Digital (SEAD, is-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Progress Diġitali).

Statistika

Rapport dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika individwali miġbura mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

Fis-7 ta’ Novembru 2019 il-Kunsill Governattiv ħa nota tar-rapport, li jkopri l-ewwel semestru tal-2018, dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika individwali miġbura mill-BĊE, assistit mill-BĊN, u approva l-pubblikazzjoni tas-sommarju tiegħu. Dan ir-rapport annwali jitħejja skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew li jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-miżuri adottati biex tkun issalvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika miġbura mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Ir-rapport fil-qosor, li jikkonkludi li ma seħħ l-ebda inċident fil-perijodu taħt reviżjoni, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE u fuq il-websajts tal-BĊN li għażlu wkoll li jippubblikawh.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja