Tibdil fil-klima u l-BĊE
Permezz tar-reviżjoni tal-istrateġija tagħna, aħna se niddeterminaw fejn u kif il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jista’ effettivament ikollhom impatt fuq il-politiki tagħna."
Aħna fil-BĊE qed nesploraw kif nistgħu nkunu effettivi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Qegħdin naħdmu biex nidentifikaw ir-riskji li t-tibdil fil-klima jista’ jippreżenta lill-ekonomija u s-sistema finanzjarja.
It-tibdil fil-klima jista’ jaffettwa l-ekonomija permezz ta’ avvenimenti klimatiċi estremi u inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.
Il-BĊE jieħu azzjonijiet f’erba’ oqsma ewlenin ta’ kompetenza
Analiżi Ekonomika
Il-persunal tal-BĊE jiżgura li t-tibdil fil-klima jitqies fil-mudelli makroekonomiċi, metodi ta’ tbassir u valutazzjonijiet tar-riskju tal-BĊE.
AktarSuperviżjoni bankarja
Is-superviżuri jimpenjaw ruħhom mal-banek biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-banek ikunu kapaċi jimmaniġġjaw dawn ir-riskji kif suppost.
AktarIl-politika monetarja u l-portafolli tal-investiment
Bħala parti mill-programmi ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE, aħna investejna f’bonds ħodor, wara li qisna l-ħtieġa li ma jinħolqux distorsjonijiet fis-suq.
AktarStabbiltà finanzjarja
L-esperti dwar l-istabbiltà finanzjarja jkejlu u jivvalutaw ir-riskji għas-sistema finanzjarja bit-tibdil fil-klima. Il-konstatazzjonijiet tagħhom huma kkomunikati lill-pubbliku, lill-parteċipanti fis-suq u lil dawk li jfasslu l-politika.
AktarIt-tibdil fil-klima kif jaffettwa l-istabbiltà finanzjarja? Għaliex il-BĊE mhux qed jixtri iktar bonds ħodor? Il-banek kif jistgħu jkunu iktar ippreparati għar-riskji relatati mat-tibdil fil-klima? L-ospitant tagħna Michael Steen jiddiskuti dawn il-mistoqsijiet ma’ mistednin esperti Fatima Pires, Madelaine Roos u Patrick Amis.
Aktar (bl-Ingliż biss)QED TFITTEX L-AĦĦAR TAGĦRIF FUQ IT-TIBDIL FIL-KLIMA
SIBU HAWN TAĦT
Il-BĊE huwa membru tal-gruppi li ġejjin
Ir-risposta tal-Eurosistema għall-Istrateġija tal-Finanzi Sostenibbli Mġedda tal-Kummissjoni Ewropea
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi li adottaw l-euro jinsabu lesti biex jappoġġaw il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija finanzjarja sostenibbli u ttejjeb l-iżvelar mhux finanzjarju. Aħna identifikajna ħames prijoritajiet ewlenin bħala risposta għall-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni.
Aqra r-rispons tagħnaIn-Netwerk għat-Tħaddir tas-Sistema Finanzjarja (NGFS)
Il-BĊE huwa membru tal-NGFS: grupp ta’ banek ċentrali u superviżuri finanzjarji mill-ħames kontinenti li jfittxu modi biex jappoġġjaw tranżizzjoni bla xkiel lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. Fl-2020 il-BĊE ngħaqad mal-korp eżekuttiv tan-netwerk, il-Kumitat tat-Tmexxija
Żur il-websajt tal-NGFS