STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jilqa’ d-djalogu mal-NGOs fuq it-trasparenza

28 ta' Marzu 2017

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel 0:00 CET tat-Tlieta 28 ta’ Marzu 2017
  • Organizzazzjoni mhux governattiva tfaħħar il-BĊE għall-passi li ħa biex itejjeb it-trasparenza
  • Il-BĊE jikkonferma li jżomm djaloġu bilanċjat mal-partijiet kollha interessati
  • Il-BĊE huwa impenjat li jsaħħaħ il-mekkaniżmi tal-qafas tal-governanza tajba u l-integrità

Il-Bank Ċentrali Ewropew illum saħaq fuq l-impenn tiegħu għal djalogu miftuħ ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, hekk kif organizzazzjoni mhux governattiva xandret rapport fuq il-bank ċentrali. Filwaqt li enfasizza li huwa marbut jagħti rendikont ta’ għemilu direttament lill-Parlament Ewropew, il-BĊE għen fi proġett li sar minn Transparency International EU (TI-EU) billi stieden lir-riċerkaturi tal-NGO għal sensiela ta’ laqgħat mal-kapijiet tal-istaff.

“Imġiba u governanza tajbin huma essenzjali biex tintrebaħ il-fiduċja tal-pubbliku. Huwa d-dmir tal-istituzzjonijiet Ewropej li jkompli jsaħħu l-leġittimità tagħhom billi jirrinfurzaw ir-responsabbiltà demokratika u juru li jkunu qegħdin jissodisfaw l-għanijiet li ġew fdati f’idejhom,” qal il-President tal-BĊE Mario Draghi. “Inżid ukoll li l-BĊE huwa u minn dejjem kien miftuħ għal djalogu bilanċjat mal-partijiet interessati, fosthom il-pubbliku ġenerali.”

Ir-rapport jirrikonoxxi l-mizuri reċenti li ħa l-BĊE biex ikompli jtejjeb il-mekkaniżmi tiegħu ta’ trasparenza, responsabbiltà u integrità, anki fid-dawl tar-responsabbiltajiet tiegħu fis-superviżjoni bankarja mill-aħħar tal-2014. TI-EU tfaħħar lill-BĊE talli:

Ir-rapport ħeġġeġ ukoll lill-BĊE jagħmel l-almu tiegħu biex ikompli jikkomunika mal-pubbliku.

Xi rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta’ TI-EU ma jidħlux fil-mandat tal-BĊE jew mhumiex previsti fit-Trattat. Xi punti oħra diġà twettqu, bħall-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet kif ukoll l-għoti ta’ informazzjoni fuq laqgħat ma’ rappreżentanti tal-industrija.

Għal mistoqsijiet tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Eszter Miltényi-Torstensson (+49 69 1344 8034).

Kuntatti midja