Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

April 2016

Operazzjonijiet tas-suq

Att legali emendatorju għall-programm ta’ akkwist mis-settur pubbliku

Fit-18 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2016/8 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta’ xiri ta’ assi ta’ swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10). L-emenda tagħti saħħa legali lid-deċiżjonijiet li ħa l-Kunsill Governattiv fl-10 ta’ Marzu 2016 li jżid ir-rata tal-akkwisti fil-programm estiż ta’ xiri ta’ assi u li jaġġusta kif jixraq il-parametri tal-programm ta’ akkwist mis-settur pubbliku fejn jidħlu l-limiti tal-ishma tal-emittenti u tal-ħruġ. Id-Deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Aspetti operattivi tal-programm ta’ akkwist mis-settur korporattiv

Fil-21 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv ħa deċiżjoni fuq xi aspetti operattivi tal-programm ta’ akkwist mis-settur korporattiv, li tnieda bħala komponent addizzjonali tal-programm ta’ xiri ta’ assi fl-10 ta’ Marzu 2016. Tagħrif iżjed dettaljat dwar dawn l-aspetti jinsab fi stqarrija għall-istampa u sett ta’ mistoqsijiet u tweġibiet li xxandru fil-websajt tal-BĊE.

Stabbiltà u superviżjoni finanzjarja

Rapport 2016 tal-BĊE fuq l-“Integrazzjoni finanzjarja fl-Ewropa”

Fis-6 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv ħa nota li l-għaxar edizzjoni tar-rapport tal-BĊE fuq l-“Integrazzjoni finanzjarja fl-Ewropa” se tiġi ppubblikata fil-25 ta’ April 2016 fl-okkażjoni tal-konferenza konġunta tal-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea fuq l-integrazzjoni u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Ewropa. Ir-rapport jippreżenta l-qagħda tal-integrazzjoni finanzjarja fiż-żona tal-euro u l-attivitajiet tal-Eurosistema biex din l-integrazzjoni tkompli tissaħħaħ, u fih ukoll bosta artikli speċjali.

Sistemi ta’ ħlas u infrastruttura tas-swieq

Rapport progressiv fuq TARGET2-Securities (T2S)

Fit-18 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv ħa nota tal-21 rapport progressiv tat-T2S u approva l-pjan migratorju rivedut li huwa inkluż fir-rapport. Il-Kunsill Governattiv approva wkoll verżjoni riveduta tar-rekwiżiti għall-utenti tat-T2S. Il-pjan migratorju kif ukoll id-dokument tar-rekwiżiti għall-utenti jinsabu fil-websajt tal-BĊE. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għandha tixxandar nota fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tat-T2S fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew meta jiġu ammessi għall-kummerċ

Fis-17 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/15 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-istabbiliment u l-operat ta’ organizzazzjonijiet li jmexxu l-proċedura għat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Ċipru

Fis-17 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/16 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi ta’ Ċipru.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma ta’ banek kooperattivi, skema ta’ garanzija għat-titolizzazzjonijiet ta’ self improduttiv u l-kapaċità ta’ tislif ta’ fondi ta’ investiment alternattivi fl-Italja

Fl-24 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/17 wara talba mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Italja.

Opinjoni tal-BĊE dwar rekwiżiti għall-ammortizzazzjoni ta’ ipoteki fl-Isvezja

Fl-24 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/18 wara talba minn Finansinspektionen (l-awtorità tas-superviżjoni finanzjarja tal-Isvezja).

Opinjoni tal-BĊE dwar servizzi ta’ ħlas fil-Bulgarija

Fl-24 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/19 wara talba minn Българска народна банка (il-bank nazzjonali tal-Bulgarija).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reġim applikabbli għal titoli ta’ dejn negozjabbli fi Franza

Fit-30 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/20 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Kontijiet Pubbliċi ta’ Franza.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-kontribuzzjoni tal-Awstrija għall-Fond Fiduċjarju ta’ Konteniment u Solliev għall-Katastrofi tal-Fond Monetarju Internazzjonali

Fis-6 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/21 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Awstrija.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistipula miżuri bil-għan li tistabbilixxi b’mod progressiv rappreżentanza unifikata taż-żona tal-euro fi ħdan il-Fond Monetarju Internazzjonali

Fis-6 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/22 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-Slovenja

Fit-13 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/23 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-awditjar tal-operat tan-negozju ta’ Banka Slovenije

Fit-18 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/24 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-idoneità tal-karti tal-flus tal-euro u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom

Fl-20 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/25 wara talba minn Banca d’Italia.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema ta’ Assigurazzjoni Ewropea għad-Depożiti

Fl-20 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2016/26 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Statistika

Rapporti 2015 fuq il-kwalità tad-dejta statistika

Fit-30 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv approva l-evalwazzjoni li tinsab fir-Rapport tal-Kwalità 2015 fuq l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali taż-żona tal-euro, kif ukoll ir-Rapport tal-Kwalità 2015 fuq il-kontijiet finanzjarji trimestrali taż-żona tal-euro. Iż-żewġ rapporti wara ġew ippubblikati fil-websajt tal-BĊE.

Rapport progressiv annwali tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ fuq il-ġbir ta’ dejta granulari dwar il-kreditu

Fl-14 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv ħa nota tar-rapport progressiv annwali 2015 fuq il-miżuri preparatorji għall-qafas fit-tul għall-ġbir ta’ dejta granulari dwar il-kreditu, imħejji skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri preparatorji għall-ġbir ta’ dejta granulari dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

Superviżjoni bankarja

Deċiżjonijiet tal-BĊE dwar is-sinifikanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni

Fl-24 ta’ Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv ħa bosta deċiżjonijiet fuq is-sinifikanza ta’ għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni. Il-lista aġġornata sad-data tal-1 ta’ Jannar 2016 ta’ entitajiet taħt superviżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Gwida pubblika fuq ir-rieżami tal-kwalifika ta’ strumenti tal-kapital bħala strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali

Fil-5 ta’ April 2016 il-Kunsill Governattiv adotta gwida pubblika li tistabbilixxi l-proċedura li għandu jimxi fuqha l-BĊE meta jeżamina mill-ġdid il-kwalifika ta’ strumenti tal-kapital bħala strumenti tal-Grad 1 (AT1) u tal-Grad 2 (T2) Addizzjonali. Il-gwida tispeċifika wkoll it-tagħrif li għandu jingħata minn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jinkludu dawn l-istrumenti fil-kalkolu tal-kapital AT1 jew T2 tagħhom. Il-gwida pubblika se tiġi ppubblikata fil-websajt tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja