Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Mejju 2014

EMBARGO

M’GĦANDHIEX TIXXANDAR QABEL it-3 p.m. CET tat-23 ta’ Mejju 2014

Sistemi ta’ pagament u infrastruttura tas-suq

Rapport Annwali TARGET 2013

Fil-15 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv ħa nota tar-Rapport Annwali TARGET 2013. Ir-rapport jippreżenta l-fatti ewlenin li għandhom x’jaqsmu mas-sistema TARGET u janalizza l-iżviluppi li saru f’TARGET2 matul l-2013. Ir-rapport ma jdumx ma jidher fil-websajt tal-BĊE.

Stabbiltà u superviżjoni finanzjarja

Financial Stability Review ( Analiżi tal-Istabbiltà Finanzjarja) – Mejju 2014

Fil-21 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tal- Financial Stability Review ta’ Mejju 2014 li teżamina s-sorsi ewlenin tar-riskju u tad-dgħufijiet għall-istabbiltà finanzjarja fi ħdan is-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro u jipprovdi analiżi komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro biex tassorbi taqlib negattiv. Ir-rapport se jixxandar fil-websajt tal-BĊE sal-aħħar ta’ Mejju 2014.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar operaturi tal-kambju fil-Litwanja

Fis-16 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/27 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-monitoraġġ tal-użu ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu minn parteċipanti fis-suq fil-Litwanja

Fit-22 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/28 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għar-rikapitalizzazzjoni permezz tal-HFSF ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Greċja

Fid-29 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/29 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Greċja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-finanzi pubbliċi fil-Litwanja

Fit-30 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/30 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fis-swieq finanzjarji fil-Finlandja

Fit-2 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/31 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Finlandja.

Opinjoni tal-BĊE dwar xi karti tal-flus u muniti li mhumiex se jibqgħu valuta legali fl-Isvezja

Fil-5 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/32 wara talba minn Sveriges riksbank.

Opinjoni tal-BĊE dwar is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament u saldu ta’ titoli fil-Litwanja

Fil-15 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/33 wara talba minn Lietuvos bankas.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji finanzjarji fil-Portugall

Fis-16 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/34 wara talba tal-Ministru tal-Istat u tal-Finanzi tal-Portugall.

Opinjoni tal-BĊE dwar restrizzjonijiet fuq il-pensjoni fl-Awstrija

Fid-19 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/35 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Awstrija.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fondi tas-suq monetarju

Fil-21 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/36 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-Opinjoni se tixxandar fil-websajt tal-BĊE u f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Statistika

Kunfidenzjalità dwar it-tagħrif tal-istatistika

Fit-2 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv approva r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport dwar il-miżuri adottati biex jissalvagwardaw il-kunfidenzjalità tat-tagħrif tal-istatistika msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 951/2009). Ir-rapport fil-qosor jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Fis-17 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/20 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Ir-Rakkomandazzjoni xxandret f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Pjan tal-baġit u l-akkwisti 2014 tal-Uffiċċju tal-Eurosistema għall-Koordinament tal-Akkwisti

Fl-24 ta’ April 2014 il-Kunsill Governattiv approva l-pjan tal-baġit u tal-akkwisti 2014 tal-Uffiċċju tal-Eurosistema għall-Koordinament tal-Akkwisti.

Presidenza tal-Kumitat għas-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (PSSC)

Fit-8 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sa Daniela Russo, Uffiċjal Ewlieni għall-Politika ta’ Sorveljanza dwar l-Infrastruttura tas-Swieq u l-Pagamenti, bħala President tal-Kumitat PSSC għall-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sorveljanza u lis-Sur Jean-Michel Godeffroy, President tal-Bord T2S, bħala President tal-Kumitat PSSC għall-affarijiet li mhumiex marbuta mas-sorveljanza, b’seħħ immedjat u sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Presidenza tal-Kumitat għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSC)

Fit-8 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Vítor Constâncio, Viċi President tal-BĊE, President tal-Kumitat FSC b’seħħ immedjat u sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Superviżjoni bankarja

It-tieni rapport trimestrali dwar il-progress fl-implimentazzjoni operattiva tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)

Fit-2 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv approva t-tieni rapport trimestrali għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress fl-implimentazzjoni operattiva tar-Regolament MSU li jkopri l-perjodu bejn l-4 ta’ Frar u t-3 ta’ Mejju 2014. Ir-rapport jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Ftuħ ta’ konsultazzjoni pubblika fuq abbozz ta’ regolament tal-BĊE dwar id-drittijiet superviżorji

Fil-21 ta’ Mejju 2014 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jiftaħ konsultazzjoni pubblika fuq abbozz ta’ regolament tal-BĊE dwar id-drittijiet superviżorji. L-abbozz ta’ regolament, flimkien mad-dokument ta’ konsultazzjoni, se jixxandar fis-27 ta’ Mejju 2014 fil-websajt tal-BĊE. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu sa nofsillejl tal-11 ta’ Lulju 2014, id-data tal-għeluq tal-perjodu ta’ konsultazzjoni.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja