Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)
Settembru 2013
Operazzjonijiet tas-suq
Modifika fir-rekwiżiti tar-rappurtar dwar il-livelli tas-self għal ċerti titoli koperti b’assi (ABS)
Fl-4 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jtejjeb ir-rekwiżiti ta’ rappurtar dwar il-livelli tas-self għal titoli residenzjali koperti b’ipoteka u titoli koperti b’self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jintużaw bħala kollateral fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u li ma jissodisfawx il-limiti ta’ żmien imħabbra fis-27 ta’ Novembru 2012. Stqarrija għall-istampa li tħabbar din id-deċiżjoni xxandret fil-websajt tal-BĊE fid-9 ta’ Settembru 2013.
Aċċettat l-istrument ta’ klassifikazzjoni Cerved Group għall-finijiet tal-qafas tal-Eurosistema għall-valutazzjoni tal-kreditu
Fis-6 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jaċċetta s- Cerved Group bħala strument ta’ klassifikazzjoni biex jintuża fil-qafas tal-Eurosistema għall-valutazzjoni tal-kreditu (ECAF). Il-lista sħiħa ta’ sistemi aċċettati mill-Eurosistema għall-finijiet tal-ECAF tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Rekwiżiti ta’ tagħrif dwar self individwali għal titoli (ABS) koperti b’ammonti riċevibbli minn karti tal-kreditu
Fis-6 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ rappurtar dwar il-livelli tas-self għal titoli koperti b’ammonti riċevibbli minn karti tal-kreditu meta dawn l-istrumenti jintużaw bħala kollateral fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. L-għoti ta’ tagħrif dwar il-livelli tas-self għal dawn l-istrumenti se jkun mandatorju mill-1 ta’ April 2014, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ disa’ xhur. Din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ wara li jiġu adottati l-istrumenti legali rilevanti. Stqarrija għall-istampa b’dettalji dwar ir-rekwiżiti xxandret fil-websajt tal-BĊE fid-19 ta’ Settembru 2013.
Imtawwal il-ftehim dwar is-swaps mal-Bank of England
Fis-16 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni, bi qbil mal-Bank of England, li jtawwal l-arranġament dwar is- swaps ta’ likwidità mal-Bank of England sat-30 ta’ Settembru 2014. Il-faċilità tas- swaps ġiet stabbilita fis-17 ta’ Diċembru 2010 bħala miżura ta’ prekawzjoni. Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Sistemi ta’ pagament u infrastruttura tas-suq
Kriterji ta’ konformità maż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA)
Fil-15 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv approva l-kriterji riveduti għall-evalwazzjoni tal-konformità mas-SEPA ta’ infrastrutturi għal pagamenti bl-imnut. Il-kriterji emendati se jidhru fil-websajt tal-BĊE.
Evalwazzjoni ad hoc ta’ żewġ links ġodda mal-istandards għall-użu tas-Sistemi għas-Saldu ta’ Titoli (SSS)
Fil-5 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv approva l-eliġibbiltà ta’ żewġ links ġodda għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, jiġifieri link diretta minn Clearstream Banking S.A. (CBL) għal VP Lux u link indiretta minn Clearstream Banking AG-Creation vija CBL għal VP Lux. Il-lista sħiħa tal-links eliġibbli tinsab fil-websajt tal-BĊE.
Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni
Opinjoni tal-BĊE dwar il-likwidazzjoni speċjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fil-Greċja
Fis-6 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/57 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Greċja.
Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reġistru tar-rapporti finanzjarji fis-Slovakkja
Fis-7 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/58 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovakkja.
Opinjoni tal-BĊE dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fil-Belġju
Fit-12 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/59 wara talba minn Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, f’isem il-Ministeru tal-Finanzi tal-Belġju.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-għoti ta' kollateral lil Danmarks Nationalbank permezz ta' kollateralizzazzjoni awtomatika
Fit-13 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/60 wara talba mill-Awtorità Daniża għas-Superviżjoni Finanzjarja.
Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri biex isaħħu l-istabbiltà tal-banek fis-Slovenja
Fit-13 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/67 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-awtonomija tal-Banco de España fi kwistjonijiet tal-persunal u dwar it-terminazzjoni tal-mandat tal-Gvernatur
Fis-16 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/61 wara talba minn Banco de España.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-għoti ta' servizzi ta' pagament minn Banka Slovenije għal utenti tal-baġit
Fid-19 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/62 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.
Opinjoni tal-BĊE dwar il-credit unions fil-Litwanja
Fid-19 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/63 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja.
Opinjoni tal-BĊE dwar il-prinċipji u l-proċedura għall-iskambju ta' karti tal-flus u muniti fil-Polonja
Fl-20 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/64 wara talba tal-President ta’ Narodowy Bank Polski.
Opinjoni tal-BĊE dwar it-trattament u r-riċirkolazzjoni ta' karti tal-flus u muniti tal-euro fil-Latvja
Fil-21 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/65 wara talba minn Latvijas Banka.
Opinjoni tal-BĊE dwar il-mandat makroprudenzjali tal-Banco de Portugal
Fis-27 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/66 wara talba tal-Ministru tal-Istat u l-Finanzi tal-Portugall.
Opinjoni tal-BĊE dwar kompitu ġdid statistiku tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale
de Belgique
Fid-29 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/68 wara talba tal-Viċi Prim Ministru u Ministru Belġjan tal-Ekonomija, il-Konsumaturi u l-Baħar tat-Tramuntana.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-emendi fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta
Fit-13 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/69 wara talba mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Opinjoni tal-BĊE dwar it-twaqqif ta’ Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali fis-Slovenja
Fit-18 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/70 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.
Statistika
Stħarriġ tal-FMI dwar l-Investiment b’Portafoll Koordinat – rappurtar koordinat tal-Eurosistema
Fl-4 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv approva proposta għal rappurtar koordinat min-naħa tal-Eurosistema fir-rigward tal-Istħarriġ dwar l-Investiment b’Portafoll Koordinat, li huwa eżerċizzju ta’ ġbir ta’ dejta dwar l-investiment b’portafoll volontarju li jsir taħt l-awspiċi tal-FMI.
Governanza korporattiva
Deċiżjonijiet tal-BĊE dwar kwistjonijiet marbuta mal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE
Fid-29 ta’ Awwissu 2013 il-Kunsill Governattiv adotta: (i) id-Deċiżjoni BĊE/2013/26 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-attiv ta’ riżerva barranija ttrasferit; (ii) id-Deċiżjoni BĊE/2013/27 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro; (iii) id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE; (iv) id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti tal-ishma fil-kapital tal-BĊE bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas; u (v) id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 dwar il-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Fit-30 ta’ Awwissu l-Kunsill Ġenerali adotta d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-Deċiżjonijiet, li jirriflettu r-reviżjoni ta’ kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE u l-adozzjoni tal-euro mil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014, ixxandru bl-Ingliż fil-websajt tal-BĊE u se jixxandru f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España
Fit-2 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/32 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España. Ir-Rakkomandazzjoni se tixxandar f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Organizzattiv u l-Konferenza tar-Riżorsi Umani
Fl-4 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Steven Keuning, Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-BĊE għar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni, bħala President tal-Kumitat tal-Eurosistema għall-Iżvilupp Organizzattiv b’seħħ immedjat u sal-31 ta’ Diċembru 2016. Il-Kunsill Governattiv reġa’ ħatru wkoll President tal-Konferenza dwar ir-Riżorsi Umani.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja