Fażi tal-ippjanar preliminari
Dettalji
Fl-20 ta' Frar 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżenta r-riżultat tal-fażi tal-ippjanar preliminari, li waqtha l-periti mmodifikaw il-proposta tad-disinn għall-bini l-ġdid abbażi tar-riżultati tal-fażi tat-titjib. Il-fażi tal-ippjanar preliminari wittiet it-triq għall-fażi tal-ippjanar dettaljat.
Titjib
- Il-bini għoli u l-bini tal-intrata, li jgħaqqad il-Grossmarkthalle mat-torri, ġew imċaqalqa ftit lejn il-punent, fuq parti mill-bini li reġa' nbena wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
- Skond ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet għall-preżervazzjoni storika, il-faċċata magħrufa ta' konkrit bħal grilja kellha tibqa' kif kienet.
- Il-funzjonijiet kif maħsuba għall-Grossmarkthalle ġew riorganizzati abbażi ta' preżervazzjoni storika u rekwiżiti funzjonali.
- Il-faċċata tal-bini għoli saret iżjed effiċjenti fir-rigward tal-użu tal-enerġija, u dan billi żdied il-livell ta' ħarsien kontra x-xemx.
- Id-disinn tal-pajsaġġ tas-sit ġie definit u żviluppat mill-ġdid biex il-ħtiġijiet tal-BĊE għas-sigurtà jiġu integrati fil-pajsaġġ.


