Fażi tal-ippjanar dettaljat

Talba għal permess tal-bini

Mudell

Mudell

© COOP HIMMELB(L)AU, Markus Pillhofer

Fit-8 ta' Ottubru 2007 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżenta r-riżultat tal-fażi tal-ippjanar dettaljat għall-bini l-ġdid tiegħu. Id-disinn tressaq quddiem l-awtoritajiet rilevanti tal-Belt ta' Frankfurt għall-permess tal-ippjanar. Fit-22 ta' Ottubru tal-istess sena, il-Belt ta' Frankfurt tat il-permess biex fl-ewwel trimestru tal-2008 jibda x-xogħol preliminari tal-kostruzzjoni.

Permess tal-bini

Provi tal-kulur fuq waħda mill-kolonni ġewwa l-Grossmarkthalle

Provi tal-kulur fuq waħda mill-kolonni ġewwa l-Grossmarkthalle

© Robert Metsch

Fis-6 ta' Mejju 2008 Petra Roth, Sindku tal-Belt ta' Frankfurt am Main, ikkunsinjat il-permess tal-bini għall-proġett kollu tal-kwartieri l-ġodda lil Jean-Claude Trichet, President tal-BĊE.

Xogħol preliminari tal-kostruzzjoni

Fost affarijiet oħra, ix-xogħol preliminari tal-kostruzzjoni kien jinkludi t-twaqqigħ taż-żewġ binjiet annessi fuq il-lvant u l-punent tal-Grossmarkthalle u l-kostruzzjoni tal-pilastri għall-pedamenti.

Restawr

Saru wkoll analiżijiet tal-elementi u l-materjali oriġinali tal-bini tal-Grossmarkthalle biex jiġu żviluppati metodi xierqa ta' restawr. Ġie definit il-kunċett ġenerali għal ġewwa, inklużi l-materjali u l-uċuħ, u nbnew diversi stallazzjonijiet tekniċi biex jiġu ttestjati kemm il-funzjonalità kif ukoll il-kwalità tal-materjali magħżula.