Materjal edukattiv
Neħħejna l-logħob li ġej mill-websajt tagħna: Inflation Island, Economia u Topfloor. Dan għar-raġuni li mhumiex aktar aġġornati u jużaw it-teknoloġija Adobe Flash li dalwaqt mhux ser taħdem aktar fil-brawżers kollha. Bħalissa m'għandniex ħsieb li nissostitwixxu dan il-logħob.
Trid titgħallem aktar dwar l-ekonomija u x'nagħmlu hawn fil-BĊE? Esplora din it-taqsima biex tiskopri firxa wiesgħa ta' riżorsi tal-multimedja u skopri l-opportunitajiet biex tingħaqad magħna.
Allura x'inhu eżattament il-BĊE (kif spjegat mill-YouTuber Simon Clark)?
Stedinna lill-YouTuber Simon Clark fil-Forum tal-BĊE dwar il-Bank Ċentrali f'Sintra, fejn il-gvernaturi u l-esperti ekonomiċi tal-banek ċentrali jiltaqgħu kull sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' politika. Kien hemm biex jitkellem ma' studenti tal-PhD li jippreżentaw ir-riċerka tagħhom, imma qabel ma beda, l-ewwel ried iwieġeb din il-mistoqsija fundamentali!
Inizjattivi għaż-żgħażagħ
Norganizzaw bosta avvenimenti - onlajn, fil-BĊE u madwar l-Ewropa - immirati speċifikament għal żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-30 sena, bħalma huma d-Djalogi maż-Żgħażagħtagħna u l-Premju Generation €uro Students tagħna.
Il-BĊE jiċċara
Teħtieġ tagħrif u riżorsi dwar il-BĊE? Tixtieq tidħol iżjed fil-fond f’affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-BĊE?
Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE u preżentazzjonijiet speċifiċi

Tista' tiġi fil-bini prinċipali tagħna fi Frankfurt biex titgħallem aktar dwar dak li nagħmlu u għaliex aħna nagħmluh. Jekk ma tistax iżżur iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tagħna personalment, dejjem tista' tagħmel żjara virtwali!
Għandek diġà għarfien tajjeb tar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-BĊE? Mela għaliex ma titlobx għal waħda mill-mill-preżentazzjonijiet speċifiċi tagħna?
Ingħaqad magħna!
Inti gradwat reċenti li qed tfittex l-isfida li jmiss tiegħek? Il-banek ċentrali u l-affarijiet Ewropej jinteressawk? Trid tagħmel impatt pożittiv fuq il-ħajjiet taċ-ċittadini Ewropej? Meta agħti ħarsa lejn l-opportunitajiet tagħna u ngħaqad mat-tim internazzjonali tagħna.
