Spjegazzjonijiet
L-ispjegazzjonijiet tagħna jaqilbu suġġetti kumplessi f’lingwa sempliċi.
L-ispjegazzjonijiet tagħna għandhom l-għan li jagħmlu suġġetti kumplessi tal-attività bankarja ċentrali faċli li jifhmuhom l-udjenzi kollha. Kemm jekk qatt staqsejt kif id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna jolqtuk jew x’inhu l-bitcoin, tista’ ssib tagħrif fit-testi, vidjows u infografiji sempliċi tagħna.
Minn fejn ġejjin il-profitti u t-telf tal-banek ċentrali?
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħmlu profitt jew iġarrbu telf bħala effett sekondarju tat-twettiq tal-mandat tagħna ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Skopri kif il-profitti u t-telf iseħħu u x'nagħmlu dwarhom.
Niċċaraw:Għollejna r-rati tal-imgħax. Xi jfisser dan għalik?
Erġajna għollejna r-rati tal-imgħax tagħna f'Ottubru. Għaliex għamilna hekk? Iż-żidiet fir-rati tal-imgħax kif jaffettwaw l-inflazzjoni? U xi tfisser id-deċiżjoni tagħna għalik?
Niċċaraw:Għaliex it-tibdil fil-klima huwa importanti għall-BĊE?
It-tibdil fil-klima jġib żewġ tipi ta’ riskji għall-ekonomija tagħna: riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni. Skopri kif dawn jaffettwaw l-ekonomija u b'hekk l-għan tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli, il-banek li nissorveljaw u l-espożizzjoni tagħna stess għar-riskji tal-klima.
Niċċaraw:Il-BĊE jista’ jagħmel li jrid?
L-indipendenza tal-bank ċentrali hija diskussa madwar id-dinja. Imma għaliex hija daqshekk importanti? Ifisser li l-banek ċentrali jistgħu jagħmlu dak kollu li jridu? Kun af aktar dwar ir-raġuni wara l-indipendenza tal-BĊE, kif aħna ninżammu responsabbli u kif dan jibbenefika lilek.
Għaliex il-BĊE huwa indipendenti?X’inhu l-Bank Ċentrali Ewropew?
Trid tkun taf aktar dwar x'jagħmel il-BĊE u kif jaffettwak fil-ħajja tiegħek ta' kuljum? Ara din l-ispjegazzjoni biex issir taf.
X’inhu l-Bank Ċentrali Ewropew?Il-BĊE jispjega
Mgħaġġel. Agħti ħarsa lejn l-ispjegazzjonijiet ta’ minuta bil-vidjow tagħna F’dan il-vidjow, il-kollega tagħna Jean-François jispjega kif nerfgħu r-responsabbiltà quddiem il-Parlament Ewropew u dan jgħinna naħdmu għalik u nikkomunikaw miegħek.
Agħti ħarsa lejn l-ispjegazzjonijiet bil-vidjow tagħnaKun af iktar dwar il-BĊE u l-politika monetarja tiegħu
Kellimna: Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ
Id-deċiżjonijiet li nieħdu jkollhom impatt fuq il-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Huwa għalhekk li rridu niżguraw li minflok sempliċement inti tisma’ dwarna u x'nagħmlu, għandek iċ-ċans ukoll li titkellmu magħna direttament. Id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ jagħtik l-opportunità li tagħmel proprju dan.
Iktar dwar id-Djalogu tal-BĊE maż-ŻgħażagħŻurna: iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE huwa miftuħ għal żjarat fuq il-post u virtwali u lekċers esperti, li jagħti lill-viżitaturi ċans jitgħallmu aktar dwar il-BĊE. Agħti ħarsa lejn il-paġna tagħna Żurna għal aktar informazzjoni dwar dak li noffru u kif tista’ tistaqsi għal żjara jew lekċer.
Żurna